Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA L-appell ta’ Malta qabel il-COP30: Azzjoni klimatika ambizzjuża mingħajr ma jitpoġġew piżijiet żejda fuq iċ-ċittadini

pr251879
Date Icon 22/10/2025

Matul il-laqgħat tal-Ministri Ewropej tal-Ambjent u l-Enerġija, Malta affermat mill-ġdid l-appoġġ tagħha għat-tmexxija tal-Unjoni Ewropea matul il-COP30. Fil-laqgħat fil-Lussemburgu, Malta appellat sabiex il-policies jiġu implimentati b'mod ġust u flessibbli, mingħajr ma tpoġġi piżijiet żejda fuq iċ-ċittadini u l-familji.

Matul il-laqgħa, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, Miriam Dalli enfasizzat il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati r-realtajiet tal-Istati Gżejjer. “L-Istati Gżejjer Żgħar u l-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw (SIDS) għandhom kwistjonijiet ġeografiċi, strutturali u ekonomiċi uniċi li jeħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi. L-UE għandha tkun flessibbli fir-rikonoxximent ta' tranżizzjonijiet li jpoġġu lin-nies fiċ-ċentru tagħhom, b'sistemi imfassla skont ir-realtajiet differenti," qalet il-Ministru.

Waqt dawn il-laqgħat, Malta b'suċċess ġibdet l-attenzjoni fuq żewġ aspetti importanti: ir-reżiljenza tal-ilma u l-patt iffukat fuq l-oċeani. F'dan ir-rigward, l-Istrateġija Ewropea għar-Reżiljenza tal-Ilma ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea kienet pass milqugħ, partikolarment peress li l-istrateġija tirrikonoxxi l-problemi li jiffaċċjaw pajjiżi differenti fejn l-ilma huwa skars.

“Ir-reżiljenza tal-ilma hija importanti kemm għall-ambjent kif ukoll għas-sigurtà nazzjonali f'Malta. Huwa għalhekk li nappoġġjaw il-flessibbiltà, il-finanzjament stabbli tal-UE u l-investiment fl-infrastruttura. L-appoġġ kontinwu tal-UE u modi ġodda ta' finanzjament, bħal green bonds, se jkunu importanti biex jiżguraw li r-reġjuni vulnerabbli jkunu jistgħu jimmaniġġjaw l-ilma tagħhom fit-tul," qalet il-Ministru.

Malta laqgħet ukoll il-Patt tal-Oċeani bħala pass pożittiv 'il quddiem. Il-Ministru Miriam Dalli insistiet li l-protezzjoni tal-baħar li hija effettiva u ġusta trid tqis ir-realtajiet tal-istati gżejjer, filwaqt li tippermetti wkoll ideat ġodda u soluzzjonijiet fit-tul għall-ekonomija blu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA L-appell ta’ Malta qabel il-COP30: Azzjoni klimatika ambizzjuża mingħajr ma jitpoġġew piżijiet żejda fuq iċ-ċittadini
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA L-appell ta’ Malta qabel il-COP30: Azzjoni klimatika ambizzjuża mingħajr ma jitpoġġew piżijiet żejda fuq iċ-ċittadini
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA L-appell ta’ Malta qabel il-COP30: Azzjoni klimatika ambizzjuża mingħajr ma jitpoġġew piżijiet żejda fuq iċ-ċittadini
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow