Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Installati l-ewwel solar flowers tax-xorta tagħhom fl-Ewropa fil-Gozo Multi-Modal Hub f’Ta’ Xħajma

PR251867
Date Icon 21/10/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia ħabbru li tlestew 15-il solar flower fil-Gozo Multi-Mobal Hub f'Ta' Xħajma, l-ewwel installazzjoni tax-xorta tagħha fl-Ewropa. Dan bħala parti mill-investiment kontinwu li qed isir mill-Gvern f'infrastruttura sostenibbli tat-trasport u enerġija nadifa.

Is-sistemi solari innovattivi magħrufa bħala solar flowers huma ispirati mill-moviment naturali tas-sunflower. Kull unità tinfetaħ awtomatikament mat-tlugħ tax-xemx, issegwi t-triq tagħha matul il-jum, u tingħalaq billejl. Grazzi għal dan il-mekkaniżmu intelliġenti, kull solar flower kapaċi tiġġenera sa 40% aktar enerġija meta mqabbla ma' pannelli solari tradizzjonali, u b'hekk tiggarantixxi prestazzjoni u effiċjenza massimi.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li dan il-proġett fil-Multi-Modal Hub f'Ta Xħajma huwa pass ieħor lejn futur li jħares l-ambjent fil-gżira Għawdxija u li jsegwi l-għanijiet tal-istrateġija għal Għawdex Gżira ta' Villaġġi u l-Viżjoni għal Għawdex 2050.

“Din it-teknoloġija se tkun qiegħda toffri enerġija alternattiva u hija l-ewwel tax-xorta tagħha li qiegħda tintuża f'pajjiżna u li bħala ammont fl-istess żona hija t-tieni waħda fid-dinja li qegħdin nużaw l-istess teknoloġija. Dan ser ikompli wkoll isaħħaħ l-istess proġett tal-faċilità tal-Park and Ride li toffri mezzi differenti ta' trasport. Però aktar minn hekk ukoll din l-enerġija se tkun qiegħda tintuża sabiex tissupplixxi d-dawl, l-enerġija lill-buses elettriċi li diġà qegħdin joperaw minn hawnhekk sabiex joffru trasport bejn il-Port tal-Imġarr u dan il-park and ride. Għaldaqstant, dan huwa proġett innovattiv, li se jkompli jagħti l-motivazzjoni, l-eżempju sabiex ilkoll kemm aħna nibqgħu ninvestu f'teknoloġija alternattiva, b'enerġija li ma tħammiġx," spjega l-Ministru Camilleri.

“Bl-installazzjoni ta' dawn l-ewwel solar flowers fl-Ewropa, qed nuru kif Għawdex jista' jkun ta' eżempju fl-innovazzjoni sostenibbli. Dan il-proġett mhux biss inaqqas l-emissjonijiet u jnaqqas l-ispejjeż operattivi, iżda juri wkoll kif it-teknoloġija moderna tista' tiġi applikata b'mod prattiku biex intejbu l-kwalità tal-ħajja u nibnu ekonomija aktar ħadra u reżiljenti," temm jgħid il-Ministru Clint Camilleri.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia spjega kif dan il-proġett qiegħed ipoġġi lil Malta u Għawdex mhux biss fuq il-mappa dinjija, iżda qiegħed ikun ta' mudell għal pajjiżi oħrajn f'dak li għandu x'jaqsam futur aktar sostenibbli bbażat fuq enerġija rinnovabbli. “Is-sinerġija bejn dipartiment u ieħor u l-viżjoni li rridu nibnu għal Malta u Għawdex wassluna biex illum qegħdin naraw l-installazzjoni ta' sistema solari ġdida u unika fl-Ewropa. Dawn il-proġetti jixhdu kif id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qiegħed jimbotta 'l quddiem proġetti li jħaddnu enerġija rinnovabbli u sostenibbli għaliex irridu li bil-fatti, pajjiżna, permezz tal-istrateġija Viżjoni 2050, jibqa' miexi 'l quddiem."

L-enerġija nadifa ġġenerata minn dawn il-15-il solar flower se tissarraf direttament biex tikkumpensa l-elettriku użat biex tiġi ċċarġjata l-flotta ta' karozzi tal-linja elettriċi li joperaw is-servizz tal-Park and Ride. Din l-integrazzjoni bejn l-enerġija rinnovabbli u l-mobilità sostenibbli tikkostitwixxi approċċ ċirkolari u awtosuffiċjenti għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, li tnaqqas l-emissjonijiet u l-ispejjeż operattivi, filwaqt li tgħin biex jintlaħqu l-miri nazzjonali ta' Malta fil-qasam tal-klima u l-enerġija.

Il-proġett Solar Flowers jaqa' taħt il-miżura RRP C1-I5 Renewable Energy Investments in Roads and Public Spaces. Il-Pjan ta' Rkupru u Reżiljenza (RRP) huwa inizjattiva ewlenija taħt il-programm NextGenerationEU tal-Unjoni Ewropea.

Dawn is-solar flowers, li qegħdin isiru b'investiment ta' madwar €850,000, qiegħed isir ukoll bil-kollaborazzjoni EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, bil-kollaborazzjoni mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huwa eżempju ċar ta' kif l-innovazzjoni, l-enerġija rinnovabbli u t-trasport sostenibbli jistgħu jaħdmu id f'id biex iwasslu għal futur aktar intelliġenti, nadif u reżiljenti għal Għawdex.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Installati l-ewwel solar flowers tax-xorta tagħhom fl-Ewropa fil-Gozo Multi-Modal Hub f’Ta’ Xħajma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Installati l-ewwel solar flowers tax-xorta tagħhom fl-Ewropa fil-Gozo Multi-Modal Hub f’Ta’ Xħajma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Installati l-ewwel solar flowers tax-xorta tagħhom fl-Ewropa fil-Gozo Multi-Modal Hub f’Ta’ Xħajma
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow