Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Id-direttur tas-serje ‘Smallville’ f’Malta għal ġbid ta’ film ġdid ta’ Hallmark

PR251854
Date Icon 19/10/2025

Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech żaru s-sett ta’ film ta’ avventura minn Hallmark, miġbud kollu f’Malta. Il-ġbid ta’ dan il-film ittieħed f’diversi rħula, bliet u bajjiet, inkluż il-pjazza ta’ Marsaxlokk, il-Birgu u l-Belt Valletta.

Il-film Amerikan, taħt id-direzzjoni tad-direttur magħruf għas-serje ‘Smallville’ Kevin Fair, qed jinġibed kollu Malta matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru. Din produzzjoni oħra li ġiet fil-pajjiż bis-saħħa tal-programm tal-Cash Rebate fost fatturi oħrajn.

Il-Ministru Bonnici faħħar il-produzzjoni għall-kooperazzjoni qawwija tagħha ma’ professjonisti Maltin u għall-impatt pożittiv ekonomiku tagħha. Huwa spjega kif għal darb’oħra, il-maġġoranza tal-ekwipaġġ (crew) involut f’din il-produzzjoni kienu Maltin, sinjal ċar tat-talent u l-professjonalità li għandna f’pajjiżna.

Il-Ministru Bonnici faħħar lill-produzzjoni għall-mod kif tat prijorità lill-professjonisti lokali, filwaqt li saħaq fuq l-impatt ekonomiku pożittiv li proġetti bħal dawn iġibu magħhom u żied jgħid li produzzjonijiet ta’ dan il-livell isaħħu r-reputazzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni kreattiva u kompetittiva.

Il-Kummissarju tal-films Johann Grech żied jgħid, “Pajjiżna llum għandu industrija tal-films li taħdem is-sena kollha, fejn aktar Maltin qed jaħdmu fil-films. Il-pjan tagħna qed iħalli riżultati kbar.”

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Id-direttur tas-serje ‘Smallville’ f’Malta għal ġbid ta’ film ġdid ta’ Hallmark
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Id-direttur tas-serje ‘Smallville’ f’Malta għal ġbid ta’ film ġdid ta’ Hallmark
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-KULTURA, L-ARTIJIET U L-GVERN LOKALI Id-direttur tas-serje ‘Smallville’ f’Malta għal ġbid ta’ film ġdid ta’ Hallmark
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow