Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhuwiex daqstant popolari mal-konsumatur

pr251852
Date Icon 18/10/2025

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, u s-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura, u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said nedew kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhux daqstant popolari mal-konsumatur.

Il-Ministru Anton Refalo tenna dan: “Huwa unur għalija li niftaħ uffiċjalment il-kampanja nazzjonali ‘Skopri l-Varjetà, Kul Ħut Sostenibbli’, li tħaddan fiha viżjoni ċara, li nibdlu l-mod kif inħarsu lejn il-baħar tagħna, lejn il-ħut tagħna, u lejn dak li jitqiegħed fuq il-mejda ta’ kuljum.”

Hu spjega li din l-inizjattiva tgħaqqad flimkien is-saħħa, l-ambjent u l-ekonomija. “Din mhijiex kampanja bħal oħrajn, iżda waħda ta’ għarfien, ta’ edukazzjoni u ta’ azzjoni, li tħeġġeġ lill-konsumatur jagħżel lejn ħut lokali abbundanti iżda spiss minsi, bħall-Aċċola, is-Sawrell u l-Kubrit,” qal il-Ministru.

Il-Ministru żied jgħid li ħafna drabi l-perċezzjoni li biex tixtri l-ħut trid tonfoq ħafna mhijiex korretta. “Il-ħut lokali mhux biss hu ta’ kwalità eċċellenti u aktar frisk, iżda ħafna drabi wkoll aktar irħis minn prodotti importati. Meta nagħżlu lokali, inkunu qegħdin nieklu tajjeb u fl-istess ħin nappoġġjaw lis-sajjieda tagħna u lill-ekonomija lokali.”

“Permezz ta’ din il-kampanja irridu nħeġġu lil kulħadd jiskopri l-ġid tal-baħar tagħna u jinkludu aktar ħut sostenibbli fil-platt tagħna ta’ kuljum. Il-baħar jagħtina l-ħajja, l-ikel u l-identità tagħna, ejja nirrispettawh billi nieklu b’għaqal, nagħżlu lokali u nibnu futur sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin.”

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi, spjega kif din l-inizjattiva tkompli tixhed l-impenn tal-Gvern lejn settur tas-sajd sostenibbli permezz tal-Programm Ewropew għall-Akwakultura, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi (EMFAF). Huwa qal li, “Il-baħar tagħna huwa riżorsa importanti, u għandna d-dmir li nieħdu ħsiebu b’għaqal u b’viżjoni. Il-programm EMFAF ma jfissirx biss investiment finanzjarju, iżda investiment fil-futur tal-baħar tagħna u tal-komunità tas-sajjieda. Permezz tiegħu, qed noffru appoġġ reali biex is-settur isir aktar vijabbli, aktar innovattiv u aktar rispettabbli lejn l-ambjent. ”

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat li, “Meta nagħżlu li nieklu ħut lokali, inkunu qed nagħżlu li nappoġġjaw lis-sajjieda tagħna. Għandna speċi ta’ ħut lokali abbundanti, friski u ta’ kwalità tajba mmens, li sfortunatament ftit jingħataw l-apprezzament li jixirqilhom. Din il-kampanja tħeġġeġ lil kulħadd jiskopri l-varjetà kbira ta’ ħut sostenibbli li għandna f’pajjiżna — għażla li mhijiex biss tajba għall-ambjent, iżda wkoll għall-ekonomija tagħna u għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Importanti ngħallmu lill-uliedna li l-ħut mhux biss salamun, tonn jew lampuki, iżda l-baħar tagħna huwa mimli ħut differenti li għandu valur nutrijenti għoli ħafna. Meta nieklu ħut lokali, qed nappoġġjaw lis-sajjieda tagħna, inħarsu l-baħar tagħna, u nibnu futur aktar b’saħħtu u sostenibbli għal kulħadd.”

L-Aġent Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura qal li din se tkun kampanja li trid tasal u tkun ta’ benefiċċju għal-kulħadd. Lit-tfal irridu nħajjruhom jibdew iduqu t-tipi differenti ta’ ħut u nispjegawlhom dwar il-benefiċċji għas-saħħa tagħhom sa minn età' żgħira. Din il-kampanja tista’ tintuża u titkompla fl-iskejjel. Se tfisser ukoll firxa usa’ ta’ ħut bnin u iktar affordabbli għal konsumaturi, iktar bejgħ u bejgħ aktar varjat għall-ħwienet tal-ħut, u fl-aħħar u mhux l-inqas żieda fid-domanda għal ħut u ħut li ma tantx hu apprezzat u jġib prezz tajjeb bl-iskop li s-sajjieda tagħna jirċievu dħul aħjar u li jixirqilhom għall-ħidma iebsa u s-sagrifiċċji li jagħmlu fuq il-baħar sabiex jipprovdulna ħut frisk. Azzopardi kkonkluda li ma’ dawn il-benefiċċji ekonomiċi u nutrittivi, konsum ta’ ħut differenti ifisser ukoll benefiċċji għall-ambjent marittimu u l-ispeċi tal-ħut innifishom għaliex se nkunu qed inwessgħu d-domanda għal konsum fuq speċi ta’ ħut varji.

Din il-kampanja hija parti mill-programm elettorali tal-Gvern sabiex ikompli jiġi promoss is-settur tas-sajd u jkomplu jiġi ssalvagwardjati s-sajjieda.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhuwiex daqstant popolari mal-konsumatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhuwiex daqstant popolari mal-konsumatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhuwiex daqstant popolari mal-konsumatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhuwiex daqstant popolari mal-konsumatur
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U L-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ħut Malti li mhuwiex daqstant popolari mal-konsumatur
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow