Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR L-istaġun tal-insib għall-malvizz u l-pluviera jiftaħ nhar it-Tnejn

pr251851
Date Icon 18/10/2025

Deroga għall-Insib tal-Malvizz u l-Pluviera 2025

Il-Gvern, wara li ikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-istaġun għall-insib tal-malvizz mill-20 ta’ Ottubru 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2025, iż-żewġ dati inklużi, u għall-pluviera mill-1 ta’ Novembru 2025 sal-10 ta’ Jannar 2026, iż-żewġ dati inklużi, bi kwota nazzjonali ta’ 5,000 malvizz u 700 pluviera.

Kull min huwa liċenzjat li jonsob għall-malvizz u l-pluviera se jkun:

• Obbligat jirrapporta immedjatament kull malvizz u pluviera li jaqbad billi jċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, jew billi juża l-mobile app ‘Game Reporting MT’. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma;

• Jekk jaqbad malvizz jew pluviera b’ċurkett xjentifiku, obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket, maħruġa f’isem il-persuna bil-liċenzja, li hija inkluża mal-liċenzja speċjali;

• Jirrapporta l-effort tal-insib (trapping effort) kull meta jmur jonsob u ma jaqbadx mlievez jew pluvieri billi, qabel jitlaq, iċempel, mingħajr ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, jew juża l-mobile app ‘Game Reporting MT’, kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

Is-sistema telefonika 8000 2020 tipprovdi gwida permezz ta’ messaġġi bil-vuċi li huma faċli biex wieħed isegwi, u ż-żewġ sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jintbagħat lura SMS bħala konferma.  

Kull min hu fil-pussess tal-liċenzja speċjali għall-insib tal-malvizz u l-pluviera legalment obbligat josserva r-regolamenti kollha marbuta ma’ din id-deroga.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow