Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq fażi oħra tal-Proġett ta’ Riġenerazzjoni f’Marsaskala

PR251843
Date Icon 17/10/2025

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ħabbar il-bidu tax-xogħlijiet fiż-żona tal-Fajtata, bħala parti mill-proġett ta' Riġenerazzjoni f'Marsaskala. Dan il-proġett ta' riġenerazzjoni, li minbarra x-xogħol f'din iż-żona jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tal-promenade u servizz ta' fast ferry lejn il-Belt Valletta, għandu l-għan li jsebbaħ din il-lokalità filwaqt li jżid l-aċċessibbiltà u s-sigurtà.

Ġewwa l-Fajtata beda x-xogħol preparatorju bit-tindif taż-żona, tneħħija ta' strutturi eżistenti u tiswijiet infrastrutturali fuq numru ta' ħitan. Bħala parti minn din il-proġett, ser ikunu qed jinħolqu numru ta' passaġġi ġodda, ser jitjieb l-aċċess għall-bajja kif ukoll ser jinbena ġibjun ġdid għall-ilma. Il-materjali li ser jintużaw f'dan il-proġett jirrispettaw in-natura tal-madwar biex b'hekk, kif seħħ fil-proġett tal-Bajja ta' San Tumas, din iż-żona tikkumplimenta aħjar l-ambjent naturali. Ir-riġenerazzjoni ta' din iż-żona ser toħloq ukoll spazji miftuħa ġodda għall-familji b'żona rikreattiva għat-tfal, bankijiet u għamara għall-pikniks u area b'outdoor gym.

Il-Ministru Chris Bonett qal li dan il-proġett huwa parti integrali mill-impenn tal-Gvern biex ikompli jtejjeb l-infrastruttura pubblika, filwaqt li jinżamm il-karattru uniku ta' lokalitajiet bħal Marsaskala. Huwa spjega kif dawn il-proġetti qegħdin jinħolqu bil-ħsieb li jservu lir-residenti u l-komunità tal-lokal fejn wieħed ikun jista' jqatta l-ħin liberu f'ambjent sabiħ.

“Bdejna bil-Bajja ta' San Tumas, ħabbarna promenade ġdid kif ukoll ser ngħaqqdu lil Marsaskala mal-bqija tan-network tal-ferries ta' pajjiżna. Kien naturali li nieħdu dan il-pass biex anke ż-żona tal-Fajtata tkun tista' titgawda b'mod sigur u aċċessibbli mill-eluf ta' Maltin u familji li jqattgħu l-ħin tagħhom f'dan il-pajsaġġ u ambjent naturali mill-isbaħ" temm jgħid il-Ministru Bonett.

Preżenti kien hemm ukoll Steve Ellul, Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta. Ix-xogħol fuq din il-parti tal-proġett tar-Riġenerazzjoni ta' Marsaskala mistenni jkun lest sas-sajf li ġej.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq fażi oħra tal-Proġett ta’ Riġenerazzjoni f’Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq fażi oħra tal-Proġett ta’ Riġenerazzjoni f’Marsaskala
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq fażi oħra tal-Proġett ta’ Riġenerazzjoni f’Marsaskala
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow