Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

PR251841
Date Icon 17/10/2025

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għall-Eradikazzjoni tal-Faqar, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal itenni l-impenn qawwi li jkompli jibni soċjetà inklussiva fejn ħadd ma jaqa' lura u kull familja u persuna jingħataw kull sostenn u opportunità biex tgħix b'dinjità.

Bit-tisħiħ tal-ekonomija, f'dawn l-aħħar snin tkattru l-opportunitajiet tax-xogħol, tjiebu l-pagi, kiber id-dħul tal-familji u żdied l-investiment biex jissaħħaħ u jinfirex il-qafas tal-għajnuna u s-sigurtà soċjali.

Żdiedu l-pensjonijiet, tjiebu l-benefiċċji soċjali, u tfasslu oħrajn ġodda biex jgħinu familji bit-tfal, anzjani u persuni b'diżabilità u, fuq kollox, naqset id-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali.

Frott ta' dan, tjieb il-livell u l-kwalità tal-għajxien, niżel sew l-għadd ta' persuni fuq l-assistenza soċjali u naqas il-faqar, tant li fuq medda ta' 9 snin ir-rata ta' persuni severament imċaħħda materjalment u soċjalment niżlet bin-nofs.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali Michael Falzon stqarr li għalkemm jinsabu sodisfatti li bit-tkabbir ekonomiku u investiment soċjali massiċċ li sar inkiseb progress bla preċedent, se jibqgħu ffokati biex isaħħu dak li bnew u jilqgħu għall-isfidi ġodda fis-soċjetà.

Għalhekk il-Gvern ser jibqa' impenjat u determinat biex b'viżjoni ċara u bi djalogu soċjali kontinwu, jara li t-tkabbir ekonomiku jkompli jinfirex fost is-saffi kollha tas-soċjetà u jissokta t-trażżin tal-faqar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow