Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Appoġġ mill-Fondi Ewropej għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tan-negozji lokali

PR251839
Date Icon 17/10/2025

Il-Ministru għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, flimkien mal-Kap Eżekuttiv ta' Servizzi Ewropej f'Malta (SEM), Rodrick Zerafa, żaru l-faċilitajiet il-ġodda tal-kumpanija FNG Supplies Co. Ltd fir-Rabat.

Il-kumpanija, li hija waħda mill-importaturi ewlenin ta' frott u ħaxix f'Malta u li tipprovdi servizz lil ristoranti, lukandi u stabbilimenti oħra tal-ikel, ibbenefikat minn madwar €100,000 f'fondi Ewropej permezz tal-iskema Business Enhance.

Permezz ta' dan l-appoġġ, FNG Supplies investiet madwar €200,000 biex tmexxi l-operat tagħha mill-Wardija għal binja akbar fir-Rabat. L-investiment kien jinkludi cold room ġdida, lifter u stacker elettriċi, kif ukoll titjib fl-infrastruttura tal-maħżen sabiex titħares il-kwalità tal-prodotti u titjieb l-effiċjenza fl-operat.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi faħħar l-isforzi ta' din il-kumpanija u saħaq li dan il-proġett juri kif il-fondi Ewropej qed jgħinu lin-negozji Maltin ikomplu jespandu u jinnovaw. “Dan huwa investiment mhux biss fin-negozji, iżda wkoll fil-ħaddiema u fil-komunità tan-negozju Maltija," sostna l-Ministru.

“Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ dawn l-iskemi sabiex aktar intrapriżi Maltin ikunu jistgħu jinvestu fit-teknoloġija, l-effiċjenza enerġetika u l-modernizzazzjoni tal-operat tagħhom," temm jgħid il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' SEM, Rodrick Zerafa qal li, “Huwa ta' sodisfazzjon kbir għal SEM li naraw investimenti bħal dawn minn fondi Ewropej minn negozji ta' kull xorta. Dawn l-investimenti juru li bl-għajnuna tagħna u bl-impenn ta' diversi sidien ta' intrapriżi, il-fondi Ewropej jissarrfu fi prattiċi moderni u sostenibbli li jiggwadanjaw minnhom il-konsumaturi."

Din iż-żjara turi kif l-Unjoni Ewropea qed tappoġġja l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju f'Malta fil-finanzjament ta' investimenti lejn l-espansjoni, id-diversifikazzjoni u l-innovazzjoni tan-negozji tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Appoġġ mill-Fondi Ewropej għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tan-negozji lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Appoġġ mill-Fondi Ewropej għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tan-negozji lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow