Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ b’risq il-Malta Community Chest Fund

pr251837
Date Icon 17/10/2025

It-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ, li jgħaqqad il-mużika u l-ispettaklu mar-realtajiet tal-persuni li għaddew jew għaddejjin minn esperjenzi ta' mard, se ssir fuq tliet serati nhar is-7, 8 u 9 ta' Novembru fit-Teatru Sależjan, f'Tas-Sliema.

Dettalji dwar Kuraġġ ta' din is-sena ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-President ta' Malta.

Il-President fissret kif dan il-kunċert hu ispirat mill-kuraġġ, reżiljenza u t-tama tal-pazjenti li jiġu bżonn l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund.

L-Eċċellenza Tagħha spjegat kif il-fejqan jiddependi mhux biss mill-għajnuna finanzjarja, imma wkoll l-appoġġ li l-pazjent u l-qraba tiegħu jirċievu matul il-vjaġġ tagħhom tal-ġlieda kontra l-mard. Għalhekk appellat lill-pubbliku biex jikkonkorri għal dan il-kunċert, u b'hekk jinġabru fondi bżonjużi għall-ħidma tal-Malta Community Chest Fund.

Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata wkoll mid-Direttur Artistiku ta' Kuraġġ, Yanis Azzopardi, li spjega kif il-kunċert jirrakkonta u hu ispirat minn stejjer vera, u għandu l-għan li jagħti importanza lill-individwu fl-istess waqt li jitwassal spettaklu ta' mużika u arti b'għan nobbli.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur Mużikali Daniel Cauchi spjega kif il-kunċert ta' din is-sena qed jerġa' jitħejja pass pass mal-persuni li ġew bżonn jew għadhom jirċievu l-għajnuna tal-Malta Community Chest Fund, u li għalihom din hi l-opportunità li jirrakkontaw l-istorja tagħhom.

Il-kunċert Kuraġġ għandu kitba tal-awtur Gabriel Lia u narrazzjoni ta' Pawlu Portelli, u se jġib flimkien lill-kantanti Sarah Bonnici, Jolene Samhan, Brooke Borg, Matthew James Borg, Ryan Hili, Kris Spiteri u l-Vocal Troops, akkumpanjati minn mużika ta' Big Band Brothers.

Il-kunċert Kuraġġ qed isir bl-appoġġ tal-Fond għall-kawżi Ġusti, u l-biljetti għall-edizzjoni ta' din is-sena jinsabu għall-bejgħ fuq is-sit showshappening.com.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ b’risq il-Malta Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ b’risq il-Malta Community Chest Fund
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Titnieda t-tieni edizzjoni tal-kunċert Kuraġġ b’risq il-Malta Community Chest Fund
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow