Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRITULTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Kjarifika dwar l-involviment tal-annimali fiċ-Ċirku Orfei

pr251822
Date Icon 16/10/2025

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, permezz tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, jixtieq jikkjarifika l-pożizzjoni tiegħu fir-rigward tal-ksur ta' liġi miċ-Ċirku Orfei.

Wara lmenti li saru mill-pubbliku u ż-żjara ta' verifikazzjoni mid-Dipartiment ikkonċernat fuq is-sit, ġie determinat li f'waħda mill-atti ta' dan iċ-ċirku ġew involuti xi annimali, azzjoni li tmur kontra l-liġijiet ta' Malta. Kien għalhekk, li l-permess għall-ekwestriju mogħti mid-Direttorat lill-organizzaturi, ġie irrevokat b'effett immedjat nhar is-Sibt, 11 ta' Ottubru. Dan filwaqt li azzjonijiet oħra ta' infurzar se jkunu qed jittieħdu fuq l-organizzaturi.

L-organizzaturi kienu ngħataw awtorizzazzjoni dwar prestazzjoni li tinvolvi l-ekwestriju, qatt ma indikaw xi assoċjazzjoni maċ-Ċirku Orfei. L-ekwestrija hija dixxiplina permissibbli skont il-liġijiet ta' pajjiżna u għalhekk din l-awtorizzazzjoni kienet taqa' taħt id-dispożizzjonijiet tal-Att għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, li jippermetti tali prestazzjonijiet sakemm ma jmorrux kontra t-trattament xieraq tal-annimali u jkunu approvati mid-Direttorat taħt kundizzjonijiet xierqa.

Madankollu, qatt ma ngħata ebda approvazzjoni liċ-Ċirku Orfei li jinkludi annimali fl-atti tiegħu, hekk kif tali atti huma totalment illegali taħt l-Att Għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, li jipprojbixxi l-użu ta' annimali għal wirjiet, spettakli, esebizzjonijiet, jew għat-taħriġ tagħhom fiċ-ċirkli.

Il-Ministeru, permezz tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, jibqa' determinat fil-ħidma tiegħu li jara li l-liġijiet b'rabta mad-drittijiet tal-annimali jiġu mħarsa minn kulħadd u jiżgura li kull attività li tinvolvi l-annimali ssir b'mod responsabbli u f'konformità sħiħa mal-istandards legali u etiċi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow