Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta

pr251820
Date Icon 15/10/2025

Membri tal-Forzi Armati ta' Malta mmexxija mill-Brig. Clinton J O'Neill, dalgħodu attendew għall-quddiesa ta' radd il-ħajr fil-Bażilika ta' Kristu Re, f'Raħal Ġdid bħala parti mill-jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-konċelebrazzjoni tmexxiet minn Mons. Joseph Galea Curmi, l-Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta' Malta u inkluda s-sehem tal-Logotenent Kappillan tal-Forzi Armati ta' Malta, Fr Sergio Fenech, kif ukoll il-kappillani tal-Faċilitajiet Korrettiva ta' Kordin, l-Korp tal-Pulizija u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-kongregazzjoni tmexxiet mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri kif ukoll membri mit-taqsimiet differenti tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-quddies kienet preċeduta minn gwardja tal-unur. Il-bnadar tal-Forzi Armati ta' Malta mbagħad ġew imdaħħla fil-Bażilika u tpoġġew fuq l-artal waqt il-konċelebrazzjoni.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega li, “Ġranet bħal-lum huma okkażjoni perfetta biex jiġi ċċelebrat ix-xogħol li jagħmlu l-membri tal-Forzi Armati ta' Malta. Nirringrazzjawhom tas-servizzi tagħhom u tas-sagrifiċċju li jagħmlu ta' kuljum biex ikollna pajjiż sigur. Huwa f'dan l-istess spirtu li ħdimna biex nagħtu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u drittijiet imtejba permezz tal-aqwa ftehim settorjali li qatt raw il-Forzi Armati ta' Malta."

Waqt il-quddiesa Mons. Joseph Galea Curmi, spjega li, “Il-membri tal-Forzi Armati ta' Malta huma eżempji ċari ta' x'nistgħu niksbu meta npoġġu lilna nfusna b'dedikazzjoni sħiħa għas-servizz ta' ħaddieħor."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Jum taċ-Ċelebrazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow