Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta issaħħaħ il-vuċi tagħha dwar il-futur diġitali Ewropew fil-laqgħa tal-Ministri tat-Telekomunikazzjoni tal-UE

pr251795
Date Icon 12/10/2025

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, ingħaqad ma’ ministri Ewropej għal Laqgħa Informali dwar it-Telekomunikazzjoni, li saret f’Horens, id-Danimarka.

Matul il-laqgħa ta’ jumejn, il-Ministri tkellmu dwar diversi suġġetti importanti, inkluż il-benesseri diġitali, kif tiġi verifikata l-età online, u s-sovranità diġitali. Tkellmu wkoll dwar l-iżvilupp tal-logħob fl-UE, il-protezzjoni tal-marka u t-trademarks online, u inizjattivi edukattivi u xjentifiċi fid-dinja diġitali.

Fil-Roundtable Ministerjali, il-Ministri qasmu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-verifika tal-età fuq il-midja soċjali. Il-Ministru Schembri enfasizza kif algoritmi online qed jinfluwenzaw dejjem aktar l-imġiba, l-opinjonijiet u l-għażliet tal-ħajja ta’ kuljum. Hu qal li l-midja soċjali hija għodda li teħtieġ regolamentazzjoni u gwida responsabbli, u li huwa d-dmir tas-soċjetà li tipproteġi t-tfal minn dawn l-algoritmi. Malta qed tirrevedi r-regoli tagħha dwar l-età għall-aċċess tal-pjattaformi tal-midja soċjali u tappoġġja approċċ Ewropew koordnat biex jiġi żgurat protezzjoni uniformi.

Il-Ministru Schembri spjega wkoll li Malta tappoġġja bilanċ bejn l-emanċipazzjoni diġitali u s-sigurtà online tat-tfal. Hu qal li għodod ta’ kontroll tal-ġenituri huma importanti, imma ma jistgħux jipproteġu kompletament, u għalhekk hemm bżonn ta’ settings awtomatiċi aktar stretti u moderazzjoni b’IA flimkien ma’ sorveljanza umana.

Il-laqgħa tkellmet ukoll dwar is-sovranità diġitali fl-Ewropa. Il-Ministru Schembri qal li din hija prijorità strateġika biex tnaqqas id-dipendenza fuq teknoloġiji mhux Ewropej u biex isir investiment f’teknoloġiji Ewropej, bħall-Intelliġenza Artifiċjali, semikondutturi, cloud computing, u l-infrastruttura. Hu poġġa l-eżempju kif pajjiżna, kull rokna għandha l-5G u gigabit u l-adozzjoni ta’ servizzi pubbliċi diġitali. Fil-futur, il-prijoritajiet jinkludu standards modifikati, tnaqqis tad-dipendenza fuq pajjiżi terzi, u appoġġ għal startups Ewropej.

“Is-sovranità diġitali għandha tkun proġett Ewropew, immexxi bil-valuri tagħna, u tagħti s-setgħa lill-Istati Membri biex jifformaw il-futur diġitali tal-UE b’flessibbiltà, reżiljenza u inklużività,” ikkonkluda l-Ministru Schembri.

Il-Ministru Schembri kien akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti, Godwin Mifsud, u l-Kap tas-Segretarjat, Roberta Albanese Dalli, matul il-laqgħa f’Horsens.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Malta issaħħaħ il-vuċi tagħha dwar il-futur diġitali Ewropew fil-laqgħa tal-Ministri tat-Telekomunikazzjoni tal-UE
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow