Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI “Innovating Truth” – lejn kultura ġdida ta’ ħsieb kritiku u espressjoni miftuħa

PR251786
Date Icon 10/10/2025

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, fetaħ il-konferenza organizzata minn RISE Foundationbit-tema “Innovating Truth: An Inquiry into Hypertextethics", li serviet bħala pjattaforma ta' djalogu bejn żgħażagħ, akkademiċi u professjonisti dwar ir-relazzjoni bejn il-verità, it-teknoloġija u l-etika fil-ħsieb kontemporanju.

Din il-konferenza tħares lejn il-mod kif il-verità tinftiehem mhux bħala kunċett wieħed u assolut, iżda bħala proċess dinamiku li jkompli jiżviluppa mal-esperjenzi, il-kuntesti u d-diversità ta' interpretazzjonijiet li jiffurmaw is-soċjetà moderna. Il-proġett Hypertextethics, imniedi f'dan il-kuntest, joffri qafas ġdid ta' riflessjoni li jħeġġeġ lill-parteċipanti jħaddnu fehmiet differenti u jqajmu kuxjenza aktar inklużiva u kritika dwar il-komunikazzjoni u l-informazzjoni fis-seklu wieħed u għoxrin.

Il-konferenza tħeġġeġ ukoll liż-żgħażagħ biex jiksbu ħiliet ta' ħsieb kritiku, jieħdu deċiżjonijiet infurmati, jissieħbu b'mod attiv fil-komunità u jsaħħu l-benesseri mentali u emozzjonali tagħhom. Dan billi tħeġġeġ fehma aktar sfumata tal-ħajja moderna, fejn l-informazzjoni ma tiġix aċċettata b'mod passiv iżda tiġi analizzata, interpretata u kkontestwalizzata b'mod aktar profond u responsabbli.

Waqt l-indirizz tiegħu matul il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti saħaq li “Din il-konferenza tfakkarna li l-verità mhijiex xi sentenza finali, iżda vjaġġ kontinwu ta' skoperta. Il-proġett Hypertextethics hu eżempju ċar ta' kif nistgħu nħeġġu liż-żgħażagħ biex jifhmu aħjar id-dinja kumplessa ta' madwarna, billi jagħtu valur lill-perspettivi differenti u lill-kreattività bħala mezz ta' espressjoni u emanċipazzjoni. Bħala Gvern, irridu li kull żagħżugħ u żagħżugħa jkollhom l-għodda biex jinterpretaw, jifhmu u joħolqu realtà aktar ġusta u miftuħa, viżjoni li tkompli tibni fuq il-prinċipji ta' Malta 2050."

Din il-konferenza tirrifletti wkoll l-impenn tal-Gvern biex isaħħaħ il-kultura ta' diskors kritiku, riċerka u innovazzjoni bħala pedamenti għas-soċjetà futura. Hija wkoll pass ieħor lejn viżjoni edukattiva u kulturali li tqiegħed fiċ-ċentru tagħha l-bniedem u l-benesseri tiegħu.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI “Innovating Truth” – lejn kultura ġdida ta’ ħsieb kritiku u espressjoni miftuħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI “Innovating Truth” – lejn kultura ġdida ta’ ħsieb kritiku u espressjoni miftuħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow