Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI Coding għal kulħadd: Pajjiżna jaqbeż il-medja Ewropea b’mod sinifikanti — jitħabbru żewġ skemi ġodda

pr251763
Date Icon 09/10/2025

Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri tnediet l-EU Code Week għal din is-sena, inizjattiva madwar l-Ewropa kollha, li tħeġġeġ u tippromwovi l-coding fil-ħajja diġitali ta' kull ċittadin Malti u Għawdxi. 

Il-Ministru Silvio Schembri tkellem dwar kif pajjiżna għamel progress sinifikanti, billi saħħaħ soċjetà aktar diġitali, soċjetà aktar konnessa ma' xulxin u aktar innovattiva u lesta għall-futur. “F'Ġunju li għadda skont ir-Rapport ta' Deċennju Diġitali maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea wera li pajjiżna għandu 96% profiċjenza diġitali, ferm ogħla mill-medja Ewropea," spjega l-Ministru Schembri. 

Waqt il-konferenza ġew imnedija żewġ skemi, bl-għan li pajjiżna jkollu inizjattiva nazzjonali:

  • Boost Your Coding Scheme se tkun qed toffri €1,000 f'għajnuna finanzjarja lil kull min għandu 16-il sena jew aktar sabiex jattendi korsijiet bażiċi fil-coding. Skema b'investiment totali ta' €400,000, li se tkun qed tagħmel il-coding ferm aċċessibbli minn qatt qabel. 
  • Minecraft Education Challenge Malta Competition se tkun qed tinvolvi studenti tal-iskejjel primarji u sekondarji. Bis-saħħa ta' Minecraft Education, l-istudenti Maltin u Għawdxin se jitgħallmu joħolqu coding, u li jkunu qed jaħdmu b'mod kollettiv sabiex joħolqu kunċetti ġodda.

Il-ministru rrringrazzja lill‑MDIA talli mexxew din l‑inizjattiva, kif ukoll lil Microsoft bħala l‑pubblikaturi ta' Minecraft u lil Gaming Malta għall‑appoġġ tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MDIA Kenneth Brincat saħaq li hekk kif bħala awtorità dejjem qed tħares 'il quddiem, l-għanijiet jibqgħu ċari li nrawmu ħajja diġitali, insaħħu u nħeġġu karrieri b'impjiegi tajbin fis-settur tat-teknoloġija. “Lesti sabiex inkomplu nsaħħu l-irwol tat-trasformazzjoni diġitali tal-Ewropa u nlestu s-sistema edukattiva tagħna tkun lesta għall-futur lejn Malta diġitali," qal is-Sur Brincat. 

L‑EU Code Week 2025 hija inizjattiva sabiex Malta tkompli tibni fuq il-futur diġitali, dan huwa wkoll allinjat mal-Viżjoni Malta 2050.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U L-PROĠETTI STRATEĠIĊI Coding għal kulħadd: Pajjiżna jaqbeż il-medja Ewropea b’mod sinifikanti — jitħabbru żewġ skemi ġodda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow