Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Matul din is-sena, SEM assistiet f'aktar minn 120 applikazzjoni għall-fondi Ewropej u kienet ta' għajnuna f'aktar minn 1,000 talba għall-informazzjoni

pr251762
Date Icon 09/10/2025

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi jfaħħar il-ħidma ta' SEM bħala l-wiċċ uman tal-fondi Ewropej

Matul l-inawgurazzjoni tal-entratura l-ġdida tal-uffiċini ta' Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, tenna li dan l-avveniment huwa ħafna aktar minn inawgurazzjoni, iżda hija ċelebrazzjoni tal-ħidma eċċezzjonali u tal-kisbiet li din l-aġenzija kisbet tul dawn l-aħħar snin.

Bejn Jannar u Settembru 2025, SEM, flimkien mal-awtoritajiet li jimmaniġġjaw il-fondi Ewropej, organizzat 27 sessjoni ta' informazzjoni dwar opportunitajiet ta' fondi madwar Malta u Għawdex, fejn ħadu sehem firxa wiesgħa ta' parteċipanti, fosthom bdiewa, sajjieda, negozji u organizzazzjonijiet volontarji.

Minn dawn is-sessjonijiet, uffiċjali ta' SEM kellhom aktar minn 400 laqgħa individwali ma' klijenti li xtaqu japplikaw għall-fondi Ewropej, wieġbu aktar minn 1,000 talba għall-informazzjoni u għenu fis-sottomissjoni ta' madwar 120 applikazzjoni – riżultati li jixhdu l-impenn kontinwu u l-professjonalità tat-tim ta' SEM.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi saħaq li “SEM illum tkompli tkun il-wiċċ uman tal-fondi Ewropej billi tagħti direzzjoni, appoġġ u opportunitajiet lil kull min irid jagħmel differenza." Huwa żied li l-ħidma tal-aġenzija qed tkompli ssaħħaħ il-fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet permezz ta' komunikazzjoni u kollaborazzjoni kontinwa.

Il-Ministru rringrazzja wkoll lill-Kap Eżekuttiv ta' SEM, Rodrick Zerafa. u lit-tim kollu għall-ħidma kontinwa tagħhom, filwaqt li faħħar il-fatt li din is-sena l-aġenzija rebħet il-Premju ta' Kwalità tas-Servizz Pubbliku 2025 u ntgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta fil-European Enterprise Promotion Awards li se jsiru f'Copenhagen f'Novembru li ġej.

“Il-fondi Ewropej jibqgħu għodda essenzjali biex inkomplu nibnu pajjiż aktar b'saħħtu, kompetittiv u soċjalment ġust. Permezz ta' SEM, dawn il-fondi qed jaslu għand il-familji, in-negozji u l-komunitajiet tagħna b'mod effettiv, trasparenti u sostenibbli," temm jgħid il-Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv ta' SEM, Rodrick Zerafa, qal, “Din l-entratura l-ġdida għall-uffiċini ta' SEM tirrifletti l-mod kif inservu lil kull min ifittex is-servizzi tagħna. Aħna nfittxu li mill-binja li noperaw minnha noffru ambjent ta' appoġġ, ta' fiduċja u kollaborazzjoni. Se nibqgħu naħdmu biex kull organizzazzjoni u individwu jħossuhom milqugħa u megħjuna biex jużaw l-opportunitajiet tal-fondi Ewropej bl-aħjar mod."

Ritratti: DOI-MFI

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Matul din is-sena, SEM assistiet f'aktar minn 120 applikazzjoni għall-fondi Ewropej u kienet ta' għajnuna f'aktar minn 1,000 talba għall-informazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI: Matul din is-sena, SEM assistiet f'aktar minn 120 applikazzjoni għall-fondi Ewropej u kienet ta' għajnuna f'aktar minn 1,000 talba għall-informazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow