Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Titħabbar Skema ta' Btala ta' Xogħol għaż-Żgħażagħ ta' Dixxendenza Maltija

pr251761
Date Icon 09/10/2025

Id-Deputat Prim Ministru Borg jiftaħ is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għal Maltin Jgħixu Barra

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg ħabbar skema ta' Btala ta' Xogħol (working holiday) għaż-Żgħażagħ ta' Dixxendenza Maltija, li se tagħmilha aktar faċli sabiex dawn ikunu jistgħu jżuru Malta għal xogħol jew studju, filwaqt li jesploraw l-għeruq Maltin tagħhom.

L-iskema, li se tibda f'Jannar 2026, se tagħti lill-persuni ta' dixxendenza Maltija bejn it-18 u t-30 sena l-opportunità li jiltaqgħu mal-familji tagħhom f'Malta filwaqt li jiksbu esperjenzi ta' xogħol jew jitgħallmu ħiliet ġodda.

Dr Borg tkellem dwar din l-iskema meta kien qed jiftaħ is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, din il-ġimgħa. “Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, flimkien m'awtoritajiet oħrajn, qed iħeġġu lil dawn l-ambaxxaturi żgħażagħ ta' Malta u Għawdex minn madwar id-dinja sabiex jiġu u jitgħallmu dwar il-kultura u t-tradizzjonijiet tal-gżejjer tagħna," hu spjega.

Is-17-il Laqgħa Annwali tal-Kunsill hija l-ewwel waħda minn meta daħlu fis-seħħ emendi fl-Att dwar il-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, sabiex issa żdied għal 21 membri, għal rappreżentanza iżjed ġusta u mqassma aħjar.

Dr Borg laqa' lill-membri li qed jingħataw dan l-irwol għall-ewwel darba, u ħeġġiġhom sabiex joffru ideat u perspettivi ġodda, filwaqt li rringrazzja lil dawk li qed ikomplu jservu fuq dan il-Kunsill mis-snin li għaddew, għall-kontribut siewi tagħhom. Fl-istess waqt, wera l-apprezzament tiegħu lil dawk li temmew il-mandat tagħhom din is-sena, hekk kif faħħar l-impenn ta' Joseph Xerri, li ser ikun qed jirtira wara snin twal ta' servizz eċċellenti bħala s-Segretarju tal-istess Kunsill.

Id-Deputat Prim Ministru enfasizza l-bżonn għal kollaborazzjoni sabiex jiġi żgurat li l-missjoni tal-Kunsill tintlaħaq b'mod effettiv. “Is-saħħa tal-preżenza globali ta' Malta tinsab fil-konnessjonijiet li nżommu mad-diaspora tagħna," hu żied jgħid, hekk kif saħaq dwar l-irwol ewlieni tal-Kunsill fit-trawwim ta' dawn il-konnessjonijiet.

Il-promozzjoni tal-lingwa Maltija tibqa' prijorità ewlenija, bit-twaqqif ta' 10 libreriji f'missjonijiet Maltin madwar id-dinja, li jservu bħala ċentri kulturali u edukattivi. Il-Ministeru nieda wkoll kors online tas-sajf fil-Malti bħala lingwa barranija, bil-għan li jsaħħaħ il-lingwa Maltija fost id-dijaspora.

Għaż-żmien li ġej, Dr Borg saħaq dwar l-importanza ta' Kunsill dinamiku, li kapaċi jirreaġixxi, u ffukat fuq il-futur, hekk kif ħeġġeġ lill-membri jkomplu jiftħu l-orizzonti tagħhom għal dawk madwarhom, u jikkollaboraw flimkien fil-ħidma biex jingħelbu l-isfidi li jiffaċċjaw il-komunitajiet Maltin madwar id-dinja.

Ritratti: DOI-MFT

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Titħabbar Skema ta' Btala ta' Xogħol għaż-Żgħażagħ ta' Dixxendenza Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Titħabbar Skema ta' Btala ta' Xogħol għaż-Żgħażagħ ta' Dixxendenza Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Titħabbar Skema ta' Btala ta' Xogħol għaż-Żgħażagħ ta' Dixxendenza Maltija
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU: Titħabbar Skema ta' Btala ta' Xogħol għaż-Żgħażagħ ta' Dixxendenza Maltija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow