Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Ambaxxatur residenti, Ambaxxatur u Kumissarju Għoli mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta

pr251759
Date Icon 08/10/2025

Dalgħodu, żewġ Ambaxxaturi u Kummissarju Għoli ppreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, fil-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma: 

• L-Ambaxxatur tar-Repubblika ta-Poplu taċ-Ċina, l-Eċċellenza Tiegħu Zhang Zuo;

• L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova, l-Eċċellenza Tiegħu Oleg Nica;

• Il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, l-Eċċellenza Tiegħu Arjuna Rodrigo.

Wara li l-Ambaxxatur taċ-Ċina ppreżenta il-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha, id-diksussjoni ffukat fuq kollaborazzjoni kurrenti fis-setturi kummerċjali u dawk edukattivi, filwaqt li ġie diskuss ukoll il-potenzjal li dawn ir-rabtiet kummerċjali, kulturali u ekonomiċi bejn Malta u ċ-Ċina jkomplu jissaħħu. 

Fil-laqgħa li kellu mal-Eċċellenza Tagħha, l-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Moldova tkellem dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-elezzjoni ġenerali fil-Moldova, fejn il-poplu bagħat messaġġ ċar favur sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea.  L-Ambaxxatur tenna l-impenn tiegħu biex jiġu esplorati opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni, fosthom fil-qasam edukattiv u anke permezz tal-kollaborazzjoni fil-Kunsill tal-Ewropa.  

Minn naħa tiegħu, il-Kummissarju Għoli tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka, irrimarka kif hemm opportunità fejn Malta u s-Sri Lanka jistgħu jtejbu r-relazzjonijiet tajbin li hemm bejniethom permezz ta’ inizjattivi ġodda fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-turiżmu.  Huwa irrikonoxxa li fuq livell multilaterali, Malta dejjem kienet promotur ewlieni tal-paċi u parteċipi ħafna f’fora bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Commonwealth.  

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi u lill-Kummissarju Għoli għall-ħatra tagħhom u awgurat illi r-relazzjonijiet bejn Malta u l-pajjiżi rispettivi jissaħħu. 

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Ambaxxatur residenti, Ambaxxatur u Kumissarju Għoli mhux residenti ġodda jippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow