Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-aħħar seba’ snin kien hemm investiment dirett ta’ aktar minn €33 miljun lill-assoċjazzjonijiet sportivi

pr251757
Date Icon 08/10/2025

“F’dawn is-snin riċenti rajna qabża fil-kwalità f’settur tant importanti għal pajjiżna – is-settur sportiv. Dan qed isir mhux biss bl-investiment bla preċedent fl-infrastruttura sportiva, imma wkoll fl-investiment dirett li qed nagħmlu fl-isportivi, l-assoċjazzjonijiet u l-għaqdiet Sportivi ta’ pajjiżna. F’dawn l-aħħar seba’ snin tajna aktar minn €33 miljun f’għajnuna finanzjarja, din is-sena biss, s’issa, ftit inqas minn €5 miljun u nofs lil rekord ta’ 51 assoċjazzjoni”.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta nieda t-tranżizzjoni uffiċjali tal-inizjattiva ta’ SportMalta On the Move għal Let’s Move Malta. Din l-għajnuna tingħata taħt diversi skemi ta’ assistenza minn SportMalta, fosthom l-Iskema tal-Parteċipazzjoni Internazzjonali u l-Isport Tourism Scheme. L-assoċjazzjonijiet qed jibbenefikaw ukoll minn kiri ta’ art għal għanijiet sportivi sussidjat, u kollaborazzjoni anki finanzjarja mal-Kumitat Olimpiku Malti, Special Olympics Malta u l-Paralympic Committee. L-atleti jgawdu wkoll minn skemi oħrajn, fosthom il-flexi-training scheme, sports leave imħallas u l-Isponsorship Rebate Scheme.

“Din l-għajnuna finanzjarja qed twassal għal aktar flessibilità minn dawn l-assoċjazzjonijiet sportivi, biex ikomplu jmexxu ’l quddiem id-dixxiplini sportivi varji, mhux biss b’investiment fil-faċilitajiet tagħhom, imma wkoll dirett fl-isportivi u l-atleti. Dan qed iwassal għal riżultati li rridu nkomplu nsaħħu, b’isem pajjiżna li qiegħed jissemma aktar spiss b’kisbiet sinifikanti f’kompetizzjonijiet internazzjonali,” qal il-Ministru Grima.

It-tranżizzjoni uffiċjali mill-inizjattiva stabbilita On the Move għall-programmi l-ġodda Let’s Move Malta hija evoluzzjoni li turi l-impenn ta’ SportMalta biex issaħħaħ l-opportunitajiet għall-attività fiżika u tkompli tippromwovi stili ta’ ħajja aktar attiva u b’saħħitha fil-komunità.

Wara s-suċċess ta’ Summer on the Move 2025, li attira ’l fuq minn 3,000 parteċipant madwar Malta u Għawdex, it-tnedija ta’ Let’s Move Malta timmarka pass importanti fl-espansjoni tal-aċċessibbiltà, il-varjetà, u l-kwalità tal-programmi fi ħdan il-komunità sportiva.

Bħala parti minn din il-fażi ġdida, SportMalta qed tintroduċi: Sessjonijiet estiżi ta’ Sport Fundamentals li issa se jdumu siegħa u nofs minflok siegħa, biex jippermettu lit-tfal jiddedikaw aktar ħin ħalli jibnu l-litteriżmu fiżiku, il-ħiliet motorji, u l-kunfidenza f’ambjent strutturat u ta’ appoġġ; Programm għall-Ġenituri u Tfal  ta’ bejn sentejn u nofs u tliet snin li huwa ta’ 22 ġimgħa ddisinjat biex isaħħaħ il-ħiliet fundamentali tal-moviment permezz tal-parteċipazzjoni konġunta tal-ġenituri u t-tfal. Dan jgħaqqad attivitajiet ibbażati fuq l-art u tal-għawm, u jipprovdi lit-tfal żgħar b’opportunitajiet biex jiżviluppaw b’aġilità, bilanċ, koordinazzjoni u kunfidenza fl-ilma filwaqt li l-ġenituri jappoġġjaw b’mod attiv il-progress tagħhom. 

Hemm ukoll il-programm Teen Adventure għall-etajiet bejn 12 u 16-il sena li huwa inizjattiva ta’ 28 ġimgħa li toffri esperjenzi varji lill-adoloxxenti. Il-programm ivarja minn sport u sfidi fil-beraħ għal ħiliet prattiċi tal-ħajja bħall-ewwel għajnuna u s-sikurezza tal-ilma. Dan il-programm huwa mfassal biex jibni l-kunfidenza, team work, u r-reżiljenza. SportMalta Hubs huwa programm ieħor b’kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi, li se jaħdmu biex jagħmlu l-isport aktar inklużiv u aċċessibbli, filwaqt li jiggwida lill-parteċipanti biex jingħaqdu ma’ klabbs u jmexxu ’l quddiem il-progress sportivi tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, Mark Cutajar qal li permezz ta’ Let’s Move Malta, SportMalta tkompli tafferma mill-ġdid il-viżjoni tagħha għas-settur sportiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Fl-aħħar seba’ snin kien hemm investiment dirett ta’ aktar minn €33 miljun lill-assoċjazzjonijiet sportivi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow