AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-preżenza tal-mikroorganiżmu Bacillus Cereus, li jista’ jikkawża avvelenar fl-ikel.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | “Beancurd with Chilli" |
| Ditta: | Giant Tree |
| Data tad-durabbilità: | 15/04/2027 |
| Piż: | 300g |
Il-konsumatur m'għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lil Awtorita għas-Sigurtà tal-Ikel fuq numru tat-telefown +356 26025211 mit-7:30 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN