Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Diskussa l-proposta biex il-leave tal-maternità jiġi estiż għal persuni li jkollhom tarbija permezz ta’ surrogacy barra minn Malta

PR251745
Date Icon 07/10/2025

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul attenda għall-mitejn laqgħa tal-Bord għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali (ERB). F’din l-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari qal li dan il-Bord jagħmel xogħol ta’ importanza kbira fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali fejn il-membri tiegħu jeżaminaw il-liġi fuq livell tekniku u għalhekk il-kontribuzzjoni tagħhom hi kruċjali biex jibqa’ jkollna bilanċ bejn l-interess tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.

Matul din il-laqgħa, is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, ressaq quddiem il-Bord proposta sabiex il-leave tal-maternità jiġi estiż għal persuni li jkollhom tarbija permezz ta’ surrogacy barra minn Malta. Huwa spjega li teżisti sitwazzjoni fejn dawn il-persuni Maltin jiġu Malta b’wild li jkun twieled permezz ta’ surrogacy, iżda ma jkunux jistgħu jikkwalifikaw għal-leave tal-maternità minħabba li tkun persuna oħra li wellditilhom it-tarbija.

Anomalija oħra li teżisti f’dan ir-rigward hi li b’differenza min-nisa, l-irġiel li jsiru missirijiet permezz ta’ surrogacy, jikkwalifikaw għal-leave tal-paternità. B’hekk, spjega Dr Ellul, kienet qed tinħoloq diskriminazzjoni mhux biss bejn mara u oħra, iżda anke bejn mara u l-partner tagħha. 

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul qal li din l-emenda legali qed issir sabiex tiġi rranġata kwalunkwe anomalija. Dr Ellul żied jgħid li issa li saret diskussjoni inizjali mal-imsieħba soċjali, se jkun qed iressaq din il-proposta ’l quddiem sabiex tiddawwar f’emenda legali. 

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul temm billi rringrazzja lill-membri fl-okkażjoni tal-mitejn laqgħa ta’ dan il-Bord, u awguralhom għal aktar xogħol importanti fil-qasam tar-relazzjonijiet industrijali.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Diskussa l-proposta biex il-leave tal-maternità jiġi estiż għal persuni li jkollhom tarbija permezz ta’ surrogacy barra minn Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow