Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda l-proġett pilota Blossom, servizzi ta’ counselling fl-iskejjel f’Għawdex

PR251742
Date Icon 07/10/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri u l-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi nedew il-proġett pilota Blossom. Il-ministri ppresedew fuq il-ftehim bejn The Malta Trust Foundation u l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar li kien iffirmat mill-Fundatur u Chairperson ta' The Malta Trust Foundation, il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca u s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar Mario Borg.

Il-proġett  jikkonsisti f'servizz ta' counselling fl-iskejjel fil-gżira Għawdxija bil-għan li tinbena struttura ta' appoġġ serja, affidabbli u sensittiva lejn l-istigma, li sservi ta' għajnuna mhux biss illum, imma għas-snin li ġejjin. Barra minn hekk, se tingħata attenzjoni speċjali għat-tranżizzjonijiet, mill-primarja għas-sekondarja, mis-sekondarja għal postsekondarja, u anke għal-livell terzjarju.

Il-Ministru Clint Camilleri stqarr, “Dan il-gvern huwa kommess li jkompli jinvesti fi proġetti li jtejbu l-ħajja tan-nies u llum nistgħu ngħidu li qed inpoġġu pedament ġdid għall-futur tas-saħħa mentali f'Għawdex. Wara li ftit tas-snin ilu ftaħna Dar il-Kantuniera f'Għawdex li toffri servizzi ta' saħħa mentali fil-komunità issa qed nagħmlu pass ieħor fit-triq ta' soċjetà aktar inklussiva, aktar kuraġġuża u fuq kollox aktar sensittiva għall-ħtiġijiet tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Il-proġett Blossom hu mfassal biex jindirizza din ir-realtà b'mod sensittiv u b'servizzi aċċessibbli, mingħajr ħlas, u viċin ħafna tal-istudenti, jiġifieri, direttament fl-iskejjel tal-Istat."

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz tal-fondi Ewropej, il-Gvern qed jinvesti mhux biss fi proġetti infrastrutturali iżda wkoll fil-kwalità tal-ħajja tan-nies tal-komunitajiet tagħna. “Il-fondi Ewropej qed jgħinuna noħolqu bidla konkreta fil-ħajja tan-nies, permezz ta' investimenti fis-saħħa mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Dan hu investiment fil-bniedem u fil-futur tal-pajjiż," tenna Dr Zrinzo Azzopardi. Il-ministru spjega kif dan l-għan qed jintlaħaq grazzi għal diversi programmi ta' fondi Ewropej bħal f'dan il-każ, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u oħrajn bħal Fond Soċjali Ewropew, l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà.

Min-naħa tagħha, il-Fundatur u ċ-Chairperson ta' The Malta Trust Foundation Marie Lousie Coleiro Preca qalet li, “Għal The Malta Trust Foundation, huwa ta' sodisfazzjon kbir li permezz ta' din is-sħubija mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar se nkunu qed inwasslu servizzi ta' counselling fl-iskejjel Għawdxin, sabiex aktar tfal u żgħażagħ ikollhom l-appoġġ li jistħoqqilhom. Inħeġġeġ aktar professjonisti fil-qasam psikosoċjali Għawdxin biex jitħajru jkunu ta' servizz għat-tfal u għaż-żgħażagħ Għawdxin."

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi rringrazzja lil kull min ħadem fuq din l-inizjattiva: lill-Malta Trust Foundation, lill-awtoritajiet edukattivi, lill-iskejjel u lill-professjonisti kollha involuti kif ukoll dawk li ħadmu fuq il-proġett mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.

Il-proġett Blossom mhux biss ser ikun intervent terapewtiku, imma wkoll inizjattiva ta' kollaborazzjoni u ta' żvilupp professjonali. Il-professjonisti ser jieħdu sehem f'attivitajiet ta' team building, konferenzi u sessjonijiet ta' superviżjoni biex l-għajnuna li tingħata tkun dejjem tal-ogħla livell u konsistenti.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda l-proġett pilota Blossom, servizzi ta’ counselling fl-iskejjel f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda l-proġett pilota Blossom, servizzi ta’ counselling fl-iskejjel f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda l-proġett pilota Blossom, servizzi ta’ counselling fl-iskejjel f’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Jitnieda l-proġett pilota Blossom, servizzi ta’ counselling fl-iskejjel f’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow