Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id il-Public Works fl-għaqdiet sportivi – f’sena mwettqa 77 proġett li bbenefikaw minnhom 21 għaqda sportiva

PR251741
Date Icon 07/10/2025

Mill-2024 sal-lum, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ppożizzjoni ruħu bħala spalla importanti għall-għaqdiet volontarji sportivi b'xogħlijiet kruċjali u importanti li jfissru li l-ħidma ta' dawn l-għaqdiet sportivi setgħet tkompli tkun imsaħħa.

Fil-fatt, matul l-aħħar sena, id il-Public Works fl-għaqdiet sportivi fissret li dan id-Dipartiment wettaq 77 proġett li bbenefikaw minnhom 21 għaqda sportiva differenti b'investiment totali ta' aktar minn kwart ta' miljun ewro. Dan ħabbru s-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia fi żjara li għamel fi proġett ieħor mwettaq mill-Public Works fin-Nursery ta' Lija Athletics F.C.

F'din in-Nursery, li għall-istaġun li ġej ser tkun qiegħda tilqa' madwar 200 tfal, saru xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq ħajt, li kien ferm perikoluż għat-tfal mad-dawra tal-pitch fuq medda ta' 300 metru kwadru.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia rrimarka kif ix-xogħlijiet li wettaq id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fl-għaqdiet sportivi jingħaqdu mal-investiment bla preċedent li l-Gvern wettaq u ħabbar fl-aħħar snin għas-settur volontarju u sportiv.

Is-Segretarju Parlamentari spjega kif kull proġett imwettaq mill-Public Works fl-għaqdiet sportivi jfisser li dik l-għaqda volontarja tista' tinvesti aktar b'mod dirett fil-benefiċċjarji li jagħmlu użu u jibbenifikaw mis-servizzi li toffri.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia kkonferma li l-Gvern iħares lejn kull għaqda volontarja bħala pilastru soċjoekonomiku ewlieni fit-tfassil ta' Malta tal-lum u ta' għada. “Huwa dan it-twemmin li qiegħed jixpruna ħidmietna biex lill-għaqdiet volontarji, id-delizzji u t-tradizzjonijiet Maltin intuhom l-għodda neċessarja u l-protezzjoni biex ikomplu jwettqu l-ġid f'kull livell tas-soċjetà tagħna," ikkonkluda s-Segretarju Parlamentari Farrugia.

Malcolm Fenech, il-President ta' Lija Atheltics F.C. spjega kif bl-għajnuna tax-xogħlijiet li saru mill-Public Works ser ikun qiegħed jagħmel differenza tanġibbli fl-ambjent tal-faċilitajiet ta' din in-Nursery. Fi kliem Fenech, “Għat-tfal huwa sabiħ li jkunu f'ambjent nadif u rranġat, xi ħaġa li kull nursery tagħfas fuqha."

Ix-xogħlijiet tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fl-għaqdiet sportivi matul is-sena varjaw minn xogħlijiet ta' manutenzjoni madwar u fil-faċilitajiet tal-istess għaqdiet, tindif u qlugħ tal-uċuħ tal-grawnds, riġenerazzjoni ta' changing rooms, riġenerazzjoni ħolistika fi klabbs tal-boċċi, tisħin ta' klabbs tal-waterpolo kif ukoll sehem attiv biex fil-ġimgħat li għaddew, f'pajjiżna kienet inawgurata l-ewwel FIFA Arena mini-pitch f'San Pawl il-Baħar.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id il-Public Works fl-għaqdiet sportivi – f’sena mwettqa 77 proġett li bbenefikaw minnhom 21 għaqda sportiva
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id il-Public Works fl-għaqdiet sportivi – f’sena mwettqa 77 proġett li bbenefikaw minnhom 21 għaqda sportiva
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Id il-Public Works fl-għaqdiet sportivi – f’sena mwettqa 77 proġett li bbenefikaw minnhom 21 għaqda sportiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow