STQARRIJA KONĠUNTA BEJN IL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U L-MALTA AUTISM CENTRE Milħuq ftehim mal-Malta Autism Centre
Wara laqgħa oħra li saret tard ilbieraħ filgħaxija bejn il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u l-Malta Autism Centre, intlaħaq ftehim dwar pendenzi li kien hemm b'rabta mal-Public Social Partnership li l-Gvern għandu mal-istess għaqda volontarja.
Il-Gvern jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li din is-sitwazzjoni qed tkun riżolta wara li l-Malta Autism Centre ppreżenta tliet dokumenti importanti li huma meħtieġa f'kull operat li jmiss ma' minuri.
F'sens ta' rieda tajba, biex tfal b'diżabilità jkomplu jirċievu s-servizzi sussidjati, kif ġara tul dawn l-aħħar 14-il sena, il-Gvern qed jaċċetta li b'effett immedjat jiġi skattat il-proċess biex iħallas b'lura pagamenti li jkopru bejn Jannar 2025 u Ġunju 2025.
L-operatur qed jingħata estensjoni sal-aħħar ta' din is-sena biex jissottometti l-aħħar materjal amministrattiv u b'hekk ikun jista' jinħareġ it-tieni pagament li jkopri t-tieni nofs tas-sena.
Sadanittant, se jibqgħu għaddejjin id-diskussjonijiet li għandhom iwasslu għal Public Social Partnership ġdid għal perjodu ta' 3 snin oħra.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN