STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Indirizz lill-Kamra tad-Deputati mis-Sur Theodoros Rousopoulos, President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa
F’seduta parlamentari speċjali, is-Sur Theodoros Rousopoulos, President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, indirizza lill-Kamra tad-Deputati tal-Parlament ta’ Malta. Dan l-indirizz huwa l-aħħar minn numru ta’ attivitajiet organizzati mill-Parlament fil-qafas tal-Presidenza Maltija tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa.
Wara diskors tal-ftuħ mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, is-Sur Rousopoulos indirizza lill-Membri u lid-dinjitarji preżenti għal din is-seduta. Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg indirizzaw ukoll din is-seduta speċjali.
Matul iż-żjara tiegħu fil-Parlament ta’ Malta l-President tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa kellu wkoll laqgħa bilaterali mal-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, kif ukoll mad-delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, immexxija mill-MP Naomi Cachia.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN