Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR251721
Date Icon 03/10/2025

L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha żjara ta’ korteżija fil-Palazz ta’ Sant’Anton mir-Rettur Maġġur tas-Sależjani, Dun Fabio Attard, flimkien mad-delegazzjoni tiegħu. 

Dun Fabio Attard, il-11-il suċċessur ta’ Don Bosco, jinsab fl-ewwel żjara uffiċjali tiegħu f’Malta minn mindu ġie elett fil-kariga ta’ Rettur Maġġur f’Marzu li għadda.

Il-President ta’ Malta bdiet billi ferħet lis-saċerdot Għawdxi għal din il-kariga, u nnutat il-ġid kbir li tagħmel il-komunità tas-Sależjani kemm f’Malta u anke f’pajjiżi oħra, b’mod partikolari maż-żgħażagħ. 

Min-naħa tiegħu, Dun Fabio Attard spjega x’ħidma twettaq il-komunità kbira li jmexxi hu f’għexieren ta’ pajjiżi differenti, fosthom anke mal-emarġinati, refuġjati u fil-formazzjoni taż-żgħażagħ u l-edukazzjoni tagħhom. Huwa temm jgħid li s-Sależjani għandhom anke missjoni fit-tisħiħ tan-nazzjon u l-umanità. 

Il-President ingħatat tifkira tal-okkażjoni ta’ din iż-żjara mir-Rettur Maġġur tas-Sależjani. 

Flimkien mar-Rettur Maġġur, attendew għaż-żjara ta’ korteżija Fr Eric Cachia SDB, Provinċjal tas-Salesjani ta' Don Bosco f’Malta, Fr Thathireddy Vijaya Bhaskar Reddy, Segretarju Personali tar-Rettur Maġġur u Fr Jachimowicz Roman Stanislaw, Superjur Reġjonali tal-Ewropa.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow