Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment ta’ €2 miljun fis-sena biex jiġi estiż l-aċċess għall-mediċina innovattiva Empagliflozin

pr251712
Date Icon 03/10/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar kif il-Gvern b'investiment ta' €2 miljun fis-sena ser ikun qed jestendi l-aċċess għall-mediċina Empagliflozin (Jardiance) li tintuża fil-kura ta' pazjenti b'dijabete tat-tip 2, insuffiċjenza tal-qalb kronika (CHF) u mard kroniku tal-kliewi (CKD).

Din il-mediċina hija rikonoxxuta minn awtoritajiet tas-saħħa madwar id-dinja fejn mhux biss tgħin fil-kontroll taz-zokkor fid-demm iżda toffri wkoll benefiċċji oħra bħal: ittejjeb is-saħħa tal-qalb kif ukoll tnaqqas il-progressjoni tal-mard tal-kliewi. L-Empagliflozin tgħin lill-pazjenti u lill-kliniċi biex jiksbu riżultati aħjar għas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti. Għaldaqstant hija għodda importanti fil-prevenzjoni ta' kumplikazzjonijiet serji li jipperikolaw il-ħajja.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif s'issa diġà qed jibbenefikaw 'il fuq minn 7,500 persuna dijabetiċi b'nefqa ta' €3 miljun fis-sena. Saħaq kif b'żieda ta' €2 miljun oħra fis-sena, madwar 4,300 persuna addizzjonali se jibbenefikaw mill-Empagliflozin fl-ewwel sena biss, b'aktar nies mistennija jiżdiedu maż-żmien.

“Dan l-investiment juri l-impenn tal-Gvern li joffri kura sostenibbli, ġusta u effettiva, filwaqt li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti. Is-servizzi huma b'xejn, imma l-għan tagħna huwa li nkomplu ninvestu aktar fil-prevenzjoni biex nissalvagwardjaw il-ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin," temm jgħid Dr Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Investiment ta’ €2 miljun fis-sena biex jiġi estiż l-aċċess għall-mediċina innovattiva Empagliflozin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow