Left arrow Go Back

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR251701
Date Icon 01/10/2025

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, l-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel, tixtieq tinforma lill-pubbliku, illi wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat peress li fih livelli għoljin ta’ Idrokarburi Aromatiċi taż-Żejt Minerali (MOAH).

L-idrokarburi Aromatiċi taż-Żejt Minerali (MOAH) huma kimiċi li jiġu prinċiparjament minn distillazzjoni u raffinar ta’ pitrolju. Jistgħu jidħlu fl-ikel permezz ta' ħafna modi: minn kontaminazzjoni fl-ambjent, użu ta' lubrikanti fil-makkinarju, waqt proċessar, minn addittivi u migrazzjoni minn materjal li jmiss mal-ikel. Preżenza ta’ dawn il-kimiċi fl-ikel jista’ jkollha impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem.

Deskrizzjoni tal-prodott:Żejt tal-palm mhux raffinat
Ditta:A.F.P. African Food Product
Origini:Ekwador
Data tad-durabbilità:19/11/2026
Lot No.:Batch 2372 57
Kwantità netta500ml

Il-konsumatur m’għandux jikkonsma dan il-prodott u huwa mitlub jew jarmi l-prodott indikat jew jirritornah lura minn fejn xtrah.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lill-Awtorità għas-Sigurtà tal-Ikel fuq in-numru tat-telefown +356 26025211 mis-7:30 a.m. sas-2:30 p.m. jew jibgħat email fuq info.fssa@gov.mt.

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow