Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imfakkar il-Jum Internazzjonali għall-Persuni Anzjani

PR251693
Date Icon 01/10/2025

Fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Persuni Anzjani, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal isellem lill-ġenerazzjoni anzjana għas-sehem siewi tagħha fost is-soċjetà Maltija u lejn il-pajjiż tul is-snin. L-esperjenzi, il-ħidma u d-dehen tagħhom sawru l-pajjiż u ħallew il-marka tagħhom fis-soċjetà.

Il-Ministeru huwa kburi li tul l-aħħar snin fittex li jpatti sew għall-kontribut u l-ħidma li taw l-anzjani f'ħajjithom b'żidiet fil-pensjonijiet u twettiq ta' diversi miżuri u servizzi oħra ta' fejda biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom. B'li sar u għadu jitwettaq persuni anzjani llum għandhom serħan il-moħħ u għejxien f'dinjità.

Il-Ministeru jfakkar li bis-saħħa taż-żidiet li ngħataw fil-pensjonijiet fl-aħħar snin u b'riformi u titjib ta' benefiċċji oħra maħsuba għall-anzjani, inkluż dawk biex ikollhom kura f'darhom, tul din is-sena persuni anzjani ser ikunu rċevew bejniethom madwar €1.3 biljun, id-doppju ta' dak li kienu jirċievu fl-2013 u dan barra pagamenti oħra  permezz tal-Benefiċċju Addizzjonali kontra l-Għoli tal-Ħajja, l-Għajnuna Supplimentari, u l-Għajnuniet għal Mard.

Illum kull pensjonant f'pajjiżna qed jaqbad pensjoni li hi mill-anqas €70 fil-ġimgħa ogħla milli kellu tnax-il sena ilu. Dan minbarra miżuri oħra u għajnuniet, bħat-tneħħija tal-anomaliji u inġustizzji tal-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u t-tneħħija tat-taxxa fuq il-pensjoni, fost ħafna miżuri oħra.

Il-Ministru Michael Falzon tenna li lil hinn miċ-ċifri u r-riformi li saru, l-aqwa kisba hija fir-rispett u l-gratitudni li jgawdu l-anzjani tagħna fis-soċjetà tagħna, u li jħossuhom apprezzati u maħbuba. Huwa stqarr li filwaqt li ninsabu grati lejn l-anzjani għas-sisien sodi li bnew, il-Gvern iħares 'il quddiem biex flimkien magħhom jissokta jsawwar ġejjieni aqwa ta' ħarsien u inklużjoni soċjali, inkluż b'aktar miżuri soċjali fil-Budget li ġej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow