STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR 57 Għaqda Volontarja jingħataw għajnuna finanzjarja għal proġetti u inizjattivi f’Għawdex
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li 57 għaqda volontarja ser jibbenefikaw minn aktar minn €270,000, wara li applikaw b'suċċess għall-iskema 'Ministry for Gozo and Planning Financial Assistance Scheme for the Voluntary Sector in Gozo'.
Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li permezz ta' din l-għajnuna, bosta għaqdiet qed ikomplu jwettqu proġetti għall-ġid tal-komunità u tal-membri li jappartjenu lill-istess għaqda.
“L-għanijiet ta' dawn l-iskemi huma li jtejbu t-tessut soċjali, kulturali u ambjentali ta' Għawdex kif ukoll it-titjib tal-faċilitajiet sportivi u l-organizzazzjoni ta' avvenimenti sportivi f'Għawdex. L-iskemi saru wkoll biex jippromwovu u jinkoraġixxu kultura ta' volontarjat u parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' volontarjat fi ħdan is-soċjetà Għawdxija, jistimulaw il-kooperazzjoni u networking kemm bejn l-organizzazzjonijiet volontarji bejniethom, kif ukoll mal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar," qal il-Ministru Camilleri.
Din l-iskema hi waħda ferm imfittxija mill-għaqdiet volontarji stabbiliti f'Għawdex, tant hu hekk li kemm in-numru ta' applikanti, kif ukoll il-baġit allokat qed ikompli jiżdied minn sena għal oħra.
Ir-riżultati ta' din l-iskema, kif ukoll il-fondi li ġew allokati, huma disponibbli minn fuq is-sit: https://gozo.gov.mt/wp-content/uploads/2025/08/GOZO-VO-SCHEME-2025-RESULTS-final.pdf
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN