Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI

pr251686
Date Icon 30/09/2025

Imniedi l-ewwel Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ tal-membri tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali 

Ġie mniedi l-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ għall-Gvern Lokali, kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li jipprovdi opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali għall-imsieħba tas-settur tal-Gvern Lokali. It-tnedija saret wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-imsieħba kollha li kienet indirizzata mill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli. Preżenti kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali għall-Gvern Lokali, Emil Vassallo.

F’din il-konferenza ntqal li t-twaqqif tal-istess Kunsill sar abbażi tal-ħsibijiet u l-ħtiġijiet tal-istess imsieħba li lkoll semmgħu leħinhom waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni. Fil-fatt waħda mir-rakkomandazzjonijiet kienet it-twaqqif ta’ dan il-kunsill għat-taħriġ tal-Gvern Lokali. L-irwol tal-Kunsill se jkun li jistabbilixxi ekosistema ta’ taħriġ ikkoordinata, ta’ kwalità għolja u sostenibbli għas-settur tal-gvern lokali. Permezz ta’ din l-ekosistema se jiġi żgurat li l-uffiċjali kollha tas-servizz pubbliku li jaħdmu fil-qasam, u ċioè l-membri eletti u l-ħaddiema tal-Kunsilli, se jkunu ppreparati bl-aħjar mod possibbli u jipprovdu l-aħjar servizz lir-residenti tagħhom. 

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz tal-Fondi Soċjali Ewropew, il-Gvern qed jinvesti direttament fin-nies u fil-komunitajiet. Huwa tenna li dan il-proġett, b’valur ta’ ftit aktar minn €600,000 se jsaħħaħ il-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ dawk li jaħdmu fil-kunsilli lokali u reġjonali. “Il-fondi Ewropej mhumiex biss riżorsi finanzjarji iżda mezz biex intejbu l-governanza, insaħħu s-servizzi għall-komunità u noħolqu futur bbażat fuq aktar opportunitajiet u kwalità aħjar fil-ħajja tal-komunitajiet tagħna,” qal il-Ministru.

Intant, dan il-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ tal-Membri tal-Kunsilli Lokali, se jkun ippresedut mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, flimkien ma’ membri mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi u l-Istitut għas-Servizz Pubbliċi. 

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli qalet li l-Kunsill ser ikun formalment inkluż fil-liġi tal-istess Gvern Lokali u fil-fatt għadu kif approva pjan strateġiku għas-sentejn li ġejjin. Qalet kif id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali għadha kif assigurat proġett ambizzjuż li permezz tiegħu qed tikkrea fond għall-iżvilupp professjonali għall-imsieħba tas-settur tal-gvern lokali ta’ aktar minn €600,000. “Bħala Gvern konna, għadna u nibqgħu nemmnu fil-Kunsilli Lokali, u xhieda ta’ dan huma d-diversi skemi li fl-aħħar snin ħriġna sabiex ngħinu lill-Kunsilli Lokali jwettqu proġetti fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom. Iżda mhux biss, illum din il-ħidma qed neħduha f’livell ieħor, u qed nassiguraw li l-membri tal-Kunsilli, kemm eletti u anke ħaddiema jkunu fornuti bit-tagħlim u t-tagħrif għall-futur. Dan qed nagħmluh għax apparti li nemmnu fil-Gvern Lokali, nemmnu wkoll fir-riżors uman li jiffurmaw l-organi kollha tal-Gvern Lokali,” qalet is-Segretarju Parlamentari. 

Min-naħa tiegħu, id-Direttur tal-Gvern Lokali, Emil Vassallo qal li fit-tnedija tal-Kunsill Nazzjonali għat-taħriġ, diġà qed  jiġi varat l-ewwel proġett ta’ dan il-Kunsill. Permezz ta’ dan il-proġett 125 persuna li jaħdmu jew eletti fis-settur, kemm lokali u anke reġjonali, se jibbenefikaw minn borża ta’ studju sabiex isegwu korsijiet jew inizjattivi varji ta’ taħriġ kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. “Dan qed nagħmluh sabiex insaħħu l-kompetenzi u l-għarfien tagħhom fl-oqsma li huma responsabbli minnhom ħalli jipprovdu servizz aħjar, iktar professjonali u b’iktar effiċjenza lir-residenti tagħna,” temm jgħid Emil Vassallo. 

Robert Tabone, Kap tat-Taqsima tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, qal kif dan il-proġett, fi ħdan l-ewwel Kunsill Nazzjonali tat-Taħriġ, huwa xhieda ta’ kemm wieħed jista’ jqarreb il-fondi Ewropej lejn il-poplu Malti u Għawdxi. Qal kif permezz ta’ fondi Ewropej kull membru tal-kunsill se jkun imħarreġ b’mod professjonali fejn il-possibilitajiet ivarjaw minn korsijiet ta’ formazzjoni, taħriġ speċjalizzat, esperjenza ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol, konferenzi, żjarat ta’ studju u aktar. 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow