Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI

pr251682
Date Icon 30/09/2025

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jikkonferma li ċ-Ċentru tar-Riżorsi fil-Wardija se jkompli jagħti s-servizz importanti edukattiv lil bosta tfal fis-snin li ġejjin. 

Saħansitra fejn fil-passat dan iċ-ċentru ma kienx jaqdi d-domanda sħiħa tat-talba għal dan is-servizz, illum din id-domanda kollha qed tiġi offruta permezz ta’ estensjoni ta’ servizz mal-privat taħt il-programm Life Map.

Mhux talli dan is-servizz se jkompli imma dawk kollha li talbu servizz speċjalizzat se jiġi estiż biex dawk kollha li jeħtieġuh minn edukaturi professjonali, igawdu minnhom taħt il-programm Life Map.

Dan kien ċar ukoll fl-istqarrija maħruġa mill-Ministeru fil-5 ta’ Awwissu 2025, meta tnieda l-programm Life Map, li huwa programm indirizzat għal żgħażagħ b’diżabilità biex ikomplu l-perkors edukattiv tagħhom wara s-sekondarja. 

B’hekk mhux talli s-servizz tnaqqas, imma żdiedet opportunità oħra.

Għalhekk huwa irresponsabbli li jkun hemm stqarrijiet li jagħtu x’jifhem li se jingħalaq iċ-ċentru tar-riżorsi. Dan juri nuqqas ta’ rispett u insensittività kemm lejn l-edukaturi kif ukoll lejn kull student u l-familja tiegħu. Għall-kuntrarju ta’ dak li qed jingħata x’jifhem, kif diġà ntqal, se jibqa’ jsir investiment fiċ-Ċentru tal-Wardija.

Kif indikat fl-istqarrija msemmija, permezz tas-servizz Life Map, għall-ewwel darba pajjiżna mhux qed jagħmel għażla u jiddiskrimina bejn student u ieħor u jassigura li kull student ikun jista’ jkompli bil-perkors edukattiv mingħajr l-ebda żagħżugħ jew żagħżugħa ma jibqgħu barra.

B’kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-privat, dan il-programm, li diġà beda f’kampus tal-ogħla livell f’Pembroke fil-qalba tal-komunità fejn hu post dawn it-tfal, huwa rifless ukoll fl-Istrateġija Nazzjonali għall-Edukazzjoni 2024-2030, u jagħmel parti mill-viżjoni importanti tal-Gvern, dik li s-settur edukattiv tassew iwassal biex jiżgura li l-ħtiġijiet tal-istudenti kollha qed jiġu akkomodati kif xieraq. Is-setup attwali fl-iskola Dun Manwel Attard, il-Wardija se jibqa’ joffri kemm is-servizzi kollha kif ukoll l-edukaturi għall-istudenti li għaddejjin mill-istess programm.

Il-programm Life Map huwa intiż għal studenti ta’ sittax-il sena u huwa inizjattiva edukattiva u terapewtika li tfittex li tgħin lill-individwi newrodiverġenti biex jintegraw fis-soċjetà b’dinjità u skop. Dan huwa programm b’valur miżjud, bi tliet kolonni importanti – il-Ħiliet għall-Ħajja u Impjegabbiltà; it-Terapija u l-Ħiliet ta’ Intrapriża Soċjali. 

Il-Ministeru jtenni li filwaqt li l-45 student li applikaw kienu aċċettati, tajjeb li wieħed jinnota li dawn se jgawdu minn, fost oħrajn, stipendju, mill-għotja ta’ €500 fis-sena għal tliet snin – skema għall-istudenti li jkomplu l-istudju post-sekondarju, se jieħdu l-voucher għall-internet b’xejn u fuq kollox, l-istudenti se jkollhom ukoll prattika ta’ xogħol.

F’dan kollu, l-intrapriża soċjali se tkun qed tiġi applikata biex kull student jingħata ċans jikkontribwixxi b’mod pożittiv fil-komunità, filwaqt li jitgħallem ħiliet prattiċi u tal-ħajja. Għalhekk dan huwa programm ibbażat fuq terapija b’appoġġ sħiħ minn tim multi dixxiplinari li jinkludi terapisti, psikologi u infermiera.

Permezz ta’ edukazzjoni terapewtika, funzjonali u personalizzata, Life Map mhux biss isaħħaħ il-benesseri u l-emanċipazzjoni tal-istudenti, imma wkoll jikkontribwixxi għal sistema edukattiva aktar inklużiva, ekwitabbli u umana. Fl-ewwel tliet snin, dan il-programm se jitmexxa permezz ta’ ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat. Wara dan il-perjodu, l-Aġenzija Sapport se tieħu f’idejha l-amministrazzjoni sħiħa tal-programm. Dan jassigura li tiġi assigurata l-kwalità ta’ dan is-servizz li se jassigura li l-istudenti jieħdu l-aqwa servizz possibbli.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow