Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Proġett ieħor għall-komunità – Għaddej ix-xogħol fi spazju miftuħ f’żona residenzjali f’Ħal Għaxaq

PR251680
Date Icon 30/09/2025

Art abbandunata li spiċċat tintuża għar-rimi ta’ skart illegali qed tiġi ttrasformata fi spazju miftuħ. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Miriam Dalli waqt żjara fuq il-post.

“Proġett wara l-ieħor, jekk hux proġett kbir jew żgħir, dejjem qed naraw li nkomplu noffru aktar spazji ħodor fejn ir-residenti u l-komunitajiet tagħna jistgħu joqgħodu għall-kwiet jew jiltaqgħu u jqattgħu ż-żmien flimkien. Dan se jkun spazju ieħor, din id-darba f’Ħal Għaxaq, li qed nagħtu lura lir-residenti,” qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Apparti t-tħawwil ta’ diversi siġar u pjanti, dan il-proġett f’Ħal Għaxaq se jkollu fih bankijiet u “żona kwieta”. Dan l-ispazju ser jiġi msaqqi permezz ta’ ġibjun tal-ilma li jesa’ madwar 12.4 metru kubu.

Il-Project Manager Dylan Abela Spiteri irrimarka li, “Bħala Aġenzija Project Green qed naħdmu qatigħ biex nipprovdu aktar spazji miftuħa. Bħal kull proġett ieħor dejjem inżommu l-elementi tas-sostenibbiltà, fejn f’dan il-proġett rajna li noħolqu ġibjun permanenti sabiex jiggarantixxi li t-tisqija tas-siġar u l-arbuxelli ssir hekk kif meħtieġ, kif ukoll li dan l-ispazju ser jaħdem fuq dawl li jitħaddem bl-enerġija solari.”

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll is-Sindku ta’ Ħal Għaxaq Karl Boxall flimkien ma’ rappreżentanti tal-Kunsill Lokali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Proġett ieħor għall-komunità – Għaddej ix-xogħol fi spazju miftuħ f’żona residenzjali f’Ħal Għaxaq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow