Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI ​Ġew irreġistrati 25 stabbiliment tal-grooming għall-annimali domestiċi

pr251676
Date Icon 29/09/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said ħabbret li sa issa hemm 25 pet groomer irreġistrati mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, skont ir-Regolamenti tal-2024 dwar Standards għall-Operat ta' Stabbilimenti tal-Grooming ta' Annimali Domestiċi.

Il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida l-ġodda ġew maħsuba biex jassiguraw li kull groomer jaħdem f'kundizzjonijiet li jħarsu l-benesseri tal-annimali u jagħtu serħan il-moħħ lis-sidien tagħhom.

“Huwa kruċjali li nkomplu npoġġu l-benesseri tal-annimali bħala prijorità. Dawn ir-regolamenti jagħtu serħan il-moħħ lis-sidien tal-annimali, filwaqt li jsaħħu l-professjoni tal-grooming u jassiguraw li kull annimal jirċievi kura sigura u professjonali. Dan pass importanti 'l quddiem biex intejbu l-istandards u nkunu ċerti li l-annimali tagħna jkunu f'idejn nies imħarrġa u operati skont il-liġi," stqarret is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said ħeġġet lil dawk kollha li għadhom ma rreġistrawx biex jagħmlu dan mill-aktar fis. Hija rringrazzjat lill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali u fakkret li għaddej proċess simili fir-rigward ta' pet sitters.

Min-naħa tiegħu, l-Uffiċjal Veterinarju Tekniku Ewlieni tal-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Joe Zammit, spjega li dawn ir-regolamenti jistabbilixxu standards legali għall-istabbilimenti kummerċjali kollha tal-grooming ta' annimali domestiċi. Kompla li l-għan ewlieni huwa li jiġi żgurat l-benesseri tal-annimali billi l-faċilitajiet ikunu siguri, nodfa u l-persuni jkunu kwalifikati u liċenzjati. B'mod partikolari, ir-regolamenti jirrikjedu li l-groomers ikollhom liċenzja professjonali u li l-istabbilimenti jimplimentaw programm  addattat  dwar  il-kontroll  tas-saħħa  tal-annimali kif ukoll iżommu u jissottomettu tali rekords għal spezzjonijiet annwali.

“L-infurzar ta' dawn ir-regolamenti huwa mmirat li jipprofessjonalizza l-industrija u jibni fiduċja fost is-sidien tal-annimali domestiċi. Permezz ta' proċess, id-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali sa issa rreġistra 25 stabbiliment li ġew iċċertifikati konformi ma' dawn l-istandards," temm jgħid Joe Zammit.

Il-lista uffiċjali tal-pet groomers irreġistrati tinstab hawn, filwaqt li l-istabbilimenti jistgħu jirreġistraw hawn.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI ​Ġew irreġistrati 25 stabbiliment tal-grooming għall-annimali domestiċi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI ​Ġew irreġistrati 25 stabbiliment tal-grooming għall-annimali domestiċi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow