Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurati faċilitajiet ġodda għall-Kappella ta’ Santa Katarina fir-Rabat

PR251667
Date Icon 27/09/2025

Hekk kif il-komunità Rabtija taż-żona tal-Kappella ta’ Santa Katerina (Tad-Daħla) qegħdin jiċċelebraw il-festa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia inawguraw ir-riġenerazzjoni taż-żona biswit iz-zuntier tal-istess Kappella kif ukoll faċilitajiet ġodda.

Fl-aħħar xhur id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq xogħlijiet importanti fuq il-faċilitajiet biswit din il-Kappella, liema faċilitajiet ser ikunu qegħdin jgħinu lill-komunità tal-madwar itellgħu attivitajiet diversi matul is-sena.

Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg irringrazzja lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u lil dawk kollha li ħadmu flimkien sabiex wettqu dan il-proġett. “Inizjattivi bħal dawn jixprunaw l-għaqda u l-kollaborazzjoni fil-komunità, filwaqt li jgħinu sabiex inkomplu nħarsu l-wirt kulturali uniku tal-lokalitajiet tagħna,” sostna Dr Borg.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia semma kif il-ħidma minn idejn il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wasslet biex din il-komunità Rabtija jkollha faċilitajiet isbaħ u ta’ livell ogħla biex ikunu jistgħu jkomplu jagħtu servizz lill-komunità bl-aħjar mod. Huwa semma kif din il-ħidma fl-aħħar sena intensifikat fost diversi għaqdiet reliġjużi u volontarji bil-għan li l-Public Works u l-Gvern ikomplu jkunu ta’ sostenn għall-għaqdiet volontarji u l-voluntiera li joffru l-ħin liberu tagħhom għas-soċjetà inġenerali.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurati faċilitajiet ġodda għall-Kappella ta’ Santa Katarina fir-Rabat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurati faċilitajiet ġodda għall-Kappella ta’ Santa Katarina fir-Rabat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Inawgurati faċilitajiet ġodda għall-Kappella ta’ Santa Katarina fir-Rabat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow