Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar investiment fl-infrastruttura tas-sajd: installazzjoni ta’ 3 service pillars, AWL u hoist ġdid fuq il-moll tal-Marfa fil-Mellieħa

pr251662
Date Icon 26/09/2025

Il-Gvern ikompli jimplimenta l-miżuri tal-Manifest Elettorali għall-benefiċċju tas-settur tas-sajd

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, ħabbret li fuq il-moll tal-Marfa fil-Mellieħa ġew installati 3 service pillars ġodda, sistema tal-AWL (Automatic Weighing and Logging system) u hoist ġdid għall-ħatt tal-ħut.

Dawn it-tip ta' proġetti huma parti mill-miżuri tal-Manifest Elettorali u tal-Budget li l-Gvern qed jimplimenta sabiex tissaħħaħ l-infrastruttura u s-servizzi offruti lis-sajjieda Maltin u Għawdxin. Dawn is-servizzi se jilħqu lis-sajjieda tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar kif ukoll lis-sajjieda Għawdxin, li jammontaw għal madwar 300 sajjied.

Dan l-investiment se jtejjeb l-operat tas-sajjieda billi jipprovdi aktar sigurtà u effiċjenza waqt il-ħatt tal-ħut, se jnaqqas l-isfidi ta' kuljum li jiffaċċjaw is-sajjieda, kif ukoll qed jintroduċi sistema moderna u trasparenti permezz tal-AWL li se twassal għal titjib fil-monitoraġġ tas-sajd u tkompli tgħolli l-livell tal-faċilitajiet u t-teknoloġija fis-settur.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet, “Dan l-investiment hu eżempju ċar ta' kif il-wegħdi elettorali qed isiru realtà. Qegħdin inpoġġu l-bżonnijiet tas-sajjieda fiċ-ċentru tal-politika tagħna fejn qed naraw infrastruttura aħjar, servizzi aktar moderni u effiċjenti, u settur tas-sajd li jibqa' kompetittiv u sostenibbli. Bħala Gvern se nkomplu ninvestu f'dan is-settur, mhux biss għax jagħti l-għajxien lil bosta familji, iżda wkoll għax huwa parti integrali mill-identità marittima u kulturali tagħna." Hija rringrazzjat lid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura tal-ħidma kontinwa tagħhom u l-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Min-naħa tiegħu, l-Aġent Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Akwakultura, Bjorn Azzopardi spjega, “Qed naraw li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli minn kulħadd, inklużi għaqdiet ta' sajjieda dilettanti. L-għan tagħna hu li nissimplifikaw il-ħajja tas-sajjieda u nagħmlu l-ħidma tagħhom aktar faċli u aċċessibbli."

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar investiment fl-infrastruttura tas-sajd: installazzjoni ta’ 3 service pillars, AWL u hoist ġdid fuq il-moll tal-Marfa fil-Mellieħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar investiment fl-infrastruttura tas-sajd: installazzjoni ta’ 3 service pillars, AWL u hoist ġdid fuq il-moll tal-Marfa fil-Mellieħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar investiment fl-infrastruttura tas-sajd: installazzjoni ta’ 3 service pillars, AWL u hoist ġdid fuq il-moll tal-Marfa fil-Mellieħa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aktar investiment fl-infrastruttura tas-sajd: installazzjoni ta’ 3 service pillars, AWL u hoist ġdid fuq il-moll tal-Marfa fil-Mellieħa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow