Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbar il-programm tal-Opra f’Għawdex għal Ottubru 2025, xahar li sar sinonimu ma’ dawn l-avvenimenti fil-gżira tat-tliet għoljiet

pr251656
Date Icon 26/09/2025

Waqt żjara li għamel fit-teatri Aurora u Astra, il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li għal sena oħra Ottubru f'Għawdex se jkun xahar mimli avvenimenti relatati mal-Opra. Illum il-ġurnata l-Opra saret tradizzjoni ta' Ottubru li tkompli tpoġġi lil Għawdex fuq il-mappa kulturali dinjija bħala gżira tal-arti, il-wirt u l-kultura. L-istaġun tal-opri mhux biss iġib spettakli operistiċi fuq il-palk, iżda din l-esperjenza kulturali tiġi estiża b'kunċerti, taħditiet, wirjiet u attivitajiet għall-familji li jagħtu l-ħajja lill-gżira kollha.

Il-Ministru Clint Camilleri qal li, “L-Opra f'Għawdex mhix biss ċelebrazzjoni tal-arti iżda wkoll opportunità li tgħaqqad lil kulħadd flimkien, tkompli tiġġenera l-ekonomija lokali u tagħmilna kburin bil-wirt kulturali tagħna. Grazzi għall-impenn tat-Teatru Aurora, tat-Teatru Astra, tal-artisti, tal-voluntiera u ta' kull min hu involut, Għawdex illum għandu post uniku fuq il-mappa kulturali internazzjonali. U bħala ministeru aħna nibqgħu kommessi li nagħtu s-sapport meħtieġ sabiex inkomplu nsaħħu attivitajiet kulturali bħal dawn li jkompli juru kemm aħna rikki fil-kultura u jattiraw turiżmu ta' kwalità."

L-avvenimenti se jiftħu l-Ġimgħa, 3 ta' Ottubru b'Ewfonija: Il-Kunċert Operistiku Kbir, taħt id-direzzjoni ta' Mariella Spiteri Cefai u bis-solisti Nico Darmanin u Nicola Said b'serata ta' livell għoli. Fl-10 ta' Ottubru, 'Symphony of Lights' se jittrasforma lil Santa Luċija f'palk miftuħ u mdawwal, b'aċċess għall-pubbliku kollu.

Is-serata ewlenija tas-sena tibda fit-Teatru tal-Opra Aurora nhar is-Sibt, 11 ta' Ottubru, b'La Forza del Destino ta' Verdi, produzzjoni ġdida u kuraġġuża dwar id-destin u l-identità. Ix-xahar jintemm bil-produzzjoni ta' Tosca ta' Puccini fit-Teatru Astra nhar it-23 u l-25 ta' Ottubru, clarinet-piano recital fl-24 ta' Ottubru u konferenza minn Dr John Galea “Power, Passion and Puccini: The Tragic World of Tosca" fil-25 ta' Ottubru.

Barra minn hekk, il-pubbliku se jkun jista' jgawdi l-Aurora International Folk Festival, Intermezzo for Strings u r-recital Piano at the Opera. Se jiftħu wkoll żewġ wirjiet: il-“Philatelic Opera and Classical Music" mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija fil-Il-Ħaġar, u MUŻajk ta' Mary Portelli.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi ħeġġeġ lill-pubbliku jattendi u jgawdi minn dan il-programm varjat u rikk tal-Opra li Għawdex għandu mħejji għax-xahar ta' Ottubru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbar il-programm tal-Opra f’Għawdex għal Ottubru 2025, xahar li sar sinonimu ma’ dawn l-avvenimenti fil-gżira tat-tliet għoljiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbar il-programm tal-Opra f’Għawdex għal Ottubru 2025, xahar li sar sinonimu ma’ dawn l-avvenimenti fil-gżira tat-tliet għoljiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow