Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Aktar kumpaniji fil-qasam tal-fintech u l-innovazzjoni diġitali f'pajjiżna

PR251649
Date Icon 25/09/2025

Matul żjara li għamel il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, iltaqa' mal-ħaddiema u t-tmexxija tal-kumpanija internazzjonali Paytently. Din il-kumpanija, imwaqqfa fl-2023, għandha l-bażi tagħha f'Malta u uffiċċji wkoll fil-Belġju, Londra u l-Portugall. B'aktar minn 35 impjegat, il-maġġoranza tagħhom ibbażati f'Malta, Paytently tappoġġja aktar minn 120 negozju globalment u hija konnessa ma' aktar minn 60 bank minn  madwar id-dinja.

Il-Ministru Silvio Schembri enfasizza li Paytently hija espressjoni ta' fiduċja fl-ekonomija Maltija. “L-operat ta' kumpaniji bħal Paytently jikkonfermaw li Malta tinsab fid-direzzjoni t-tajba. Pajjiżna kien l-ewwel fid-dinja li introduċiet qafas legali ċar permezz tal-Att dwar l-Assi Finanzjarji Virtwali u Cryptocurrency fl-2018, li jagħti ċertezza u fiduċja lill-kumpaniji biex joperaw f'ambjent regolamentat. Dan ifisser aktar opportunitajiet għal negozji u aktar varjetà u għażla għall-konsumaturi."

Matul iż-żjara, il-Kofundatur u l-Kap Eżekuttiv Samuel Barrett qal li, “Paytently inħolqot biex tagħmel il-pagamenti aktar faċli u aktar affidabbli għal negozji. L-għan tagħna dejjem kien fuq li nwasslu l-innovazzjoni kif ukoll il-fiduċja lill-konsumaturi. Hekk kif nibqgħu nikbru, aħna eċitati dwar il-pass li jmiss fil-vjaġġ tagħna biex insaħħu l-pożizzjoni tagħna fil-qasam tal-fintech f'Malta u lil hinn minn hekk."

Il-kumpanija Paytently se tkompli tikber minn Malta, b'espansjoni strateġika f'pajjiżi Ewropej, b'investiment fl-infrastruttura f'pajjiżna stess u li tkompli toħloq soluzzjonijiet siguri li jiffukaw fuq il-bżonnijiet tan-negozji, sabiex dawn ikomplu jikbru f'industriji globali.

Ritratti: MEEP

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Aktar kumpaniji fil-qasam tal-fintech u l-innovazzjoni diġitali f'pajjiżna
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI: Aktar kumpaniji fil-qasam tal-fintech u l-innovazzjoni diġitali f'pajjiżna
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow