Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Il-ħidma ta' Malta dwar mard mhux trasmessibbli mfaħħar matul l-UNGA80

PR251645
Date Icon 25/09/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela jinsab fi New York fl-Istati Uniti fejn qed jattendi għall-UNGA80 li matulha, fost oħrajn, qed jiġu diskussi numru ta' temi marbuta mas-saħħa. Għal sena oħra, il-mard mhux trasmessibbli (NCDs) u s-saħħa mentali hija t-tema prinċipali li qed tiġi diskussa bejn numru ta' Ministri u professjonisti minn madwar id-dinja.


“Mard mhux trasmessibbli hija pandemija siekta – prevenibbli, iżda dejjem tiżdied. Is-saħħa mentali hija l-pedament tal-benesseri tagħna u trid tingħata prijorità fejn il-monitoraġġ bikri mhux dejjem jeħtieġ teknoloġija avvanzata, iżda jirrigwarda eżamijiet fiżiċi u mentali regolari, organizzati tul il-ħajja," irrimarka l-Ministru Abela fl-intervent tiegħu.

Fir-rigward tal-iskrinjar tal-NCDs fil-kura primarja, il-Ministru Jo Etienne Abela spjega kif il-Gvern Malti ħa d-deċiżjoni politika li jinvesti fil-prevenzjoni u fl-iskoperta bikrija li ssalva l-ħajjiet. Spjega kif fl-aħħar ġranet Malta nediet l-Istrateġija Nazzjonali 2025–2030 marbuta mal-prevenzjoni tal-NCD's kif ukoll kompliet issaħħaħ programmi nazzjonali b'saħħithom li lkoll għandhom parteċipazzjoni għolja, fosthom:

  • Aktar minn 70% tan-nisa ta' bejn il-50 u d-69 sena jipparteċipaw fl-iskrinjar tal-kanċer tas-sider kull sentejn.
  • L-iskrinjar tal-kanċer kolorettali għall-adulti ta' bejn il-55 u l-74 sena jilħaq madwar 60% u fit-tliet snin li ġejjin hemm pjanat li l-età eliġibbli tinżel għal 45.
  • Il-prevenzjoni tal-kanċer ċervikali qed javvanza, b'testijiet primarji tal-HPV għan-nisa ta' bejn is-27 u s-60 sena. Ġie introdott vaċċin tal-HPV għal tfajliet minn 12-il sena 'l fuq, u issa qed tiġi offruta wkoll lis-subien. Figuri tal-ewwel u t-tieni doża hija ferm 'il fuq mill-medja tal-UE ta' 62.7%, u tinsab bejn 81% u 87% f'pajjiżna.
  • Mill-2022, l-iskrinjar tal-aneurizma tal-aorta addominali għall-irġiel ta' 65 sena laħaq aktar minn 70% ta' parteċipazzjoni.

Dr Abela semma wkoll li pajjiżna qed jaħdem fuq Pjan Nazzjonali tal-Kanċer li se jkollu l-għan li jespandi s-servizzi ta' screening, jintroduċi ttestjar ġenetiku, u potenzjalment iħaddem inizjattivi ġodda għall-kanċer tal-prostata u tal-pulmun.

“L-iskoperta bikrija ta' problemi tas-saħħa mentali hija komponent ewlieni kemm tal-istrateġija tagħna għas-saħħa mentali kif ukoll tal-prevenzjoni tas-suwiċidju, b'investimenti fl-ewwel għajnuna tas-saħħa mentali, ħidma fil-komunità, u fl-integrazzjoni tas-saħħa mentali fil-kura primarja. Is-saħħa mhijiex biss responsabbiltà ta' ministeru, hija l-pedament ta' kull nazzjon u tal-futur globali tagħna. Il-prevenzjoni ma tistax tkun privileġġ għal xi wħud biss – trid tkun universali, effettiva u aċċessibbli," temm jgħid il-Ministru Abela.

Dr Asmus Hammerich, Direttur tal-WHO Eastern Medical Region, faħħar il-ħidma ta' professjonisti Maltin ukoll f'livell internazzjonali marbuta mal-prevenzjoni tal-NCD's. Huwa semma aspetti tal-istrateġija tal-WHO dwar l-NCD's, li l-avvanzi li għamel ukoll pajjiżna f'dan il-qasam huma mibnija fuqha.

Ritratti: MHA

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Il-ħidma ta' Malta dwar mard mhux trasmessibbli mfaħħar matul l-UNGA80
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Il-ħidma ta' Malta dwar mard mhux trasmessibbli mfaħħar matul l-UNGA80
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow