Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Preżentazzjoni ta’ Kredenzjali lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, minn tliet membri ġodda fil-Korp Diplomatiku

PR251643
Date Icon 24/09/2025

Ambaxxatriċi u Kummissjarju Għoli, it-tnejn residenti, flimkien ma’ Ambaxxatriċi mhux residenti, it-tlieta rappreżentanti ġodda ta’ pajjiżhom, ippreżentaw il-kredenzjali tagħhom lill-President ta’ Malta, l-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, il-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta.

Dawn huma:

Il-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, Victoria Alice Markland Busby, OBE,

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, Shaymaa Badawi,

u

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika tal-Kosta tal-Ivorju, Nogozene Bakayoko.

Wara li ppreżentat il-Kredenzjali lill-Eċċellenza Tagħha, il-Kummissarju Għoli Ingliża  tkellmet dwar ir-relazzjonijiet eċċellenti bejn ir-Renju Unit u Malta. Hija saħqet fuq l-impenn tal-missjoni tagħha li ssaħħaħ din ir-rabta, fl-oqsma kollha, partikolarment fl-oqsma tad-diplomazija, il-kultura, u r-relazzjoni bejn in-nies.

L-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono rrikonoxxiet ir-relazzjoni mill-qrib u storika ta’ bejn Malta  u l-Ingilterra, sew fuq skala bilaterali kif ukoll fuq skala multilaterali. Hija nnotat r-rikonoxximent tal-Istat tal-Palestina miż-żewġ pajjiżi f’dawn l-aħħar ġranet u awgurat biex dan jgħin biex iressaq qrib is-soluzzjoni ta’ żewġ stati, Iżrael u Palestina. 

Il-President irriflettiet ukoll fuq l-importanza li din ir-relazzjoni, mibnija fuq sett ta’ valuri komuni,  tibqa’ tissaħħaħ minkejja l-fatt li r-Renju Unit m’għadux jifforma parti mill-Unjoni Ewropea.

L-Ambaxxatriċi tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu esprimiet d-determinazzjoni tagħha li tagħti spinta lir-relazzjonijiet bejn l-Eġittu u Malta, biex dawn ikomplu jissaħħu. Hija qalet li ser taħdem biex jiġu finalizzati diversi ftehimiet bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali.  Hija irringrazzjat lill-Malta għas-sehem attiv tagħha fil-qasam multilaterali, anke permezz tar-rikonoxximent uffiċċjali tal-Palestina ftit tal-jiem ilu.

L-E.T. Myriam Spiteri Debono tkellmet dwar l-affinità bejn iż-żewġ popli u pajjiżi li ssaħħet tul is-snin permezz tal-promozzjoni tal-valuri komuni favur il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Mediterran.  Hija rringrazzjat ukoll il-ħidma tal-Gvern Eġizzjan li kien strumentali biex joffri għajnuna umanitarja liċ-ċivili biex jevakwaw b’mod sikur miż-żoni ta’ konflitt f’Gaża.

L-Ambaxxatriċi tal-Kosta tal-Ivorju tkellmet dwar it-tibdiliet progressivi li qed isiru fil-Kosta tal-Ivorju, u li joħolqu diversi opportunitajiet għal diversifikazzjoni tar-relazzjonijiet diplomatiċi ma’ pajjiżna.  Hija qalet li dan huwa ċans tajjeb biex pajjiżi bħal Malta jesploraw aktar opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni f’oqsma differenti, fosthom l-agrikoltura u l-kummerċ.  

Min-naħa tagħha l-Eċċellenza Tagħha għarfet kif fuq livell multilaterali, iż-żewġ pajjiżi jħaddnu politika komuni li tippromwovi l-paċi u s-sigurtà fir-reġjuni rispettivi tagħhom.

Matul il-laqgħat, il-President Spiteri Debono ferħet lill-Ambaxxaturi u lill-Kummissarju Għoli għall-ħatra tagħhom.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Preżentazzjoni ta’ Kredenzjali lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, minn tliet membri ġodda fil-Korp Diplomatiku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Preżentazzjoni ta’ Kredenzjali lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, minn tliet membri ġodda fil-Korp Diplomatiku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Preżentazzjoni ta’ Kredenzjali lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, minn tliet membri ġodda fil-Korp Diplomatiku
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Preżentazzjoni ta’ Kredenzjali lill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, minn tliet membri ġodda fil-Korp Diplomatiku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow