Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2025

PR251597
Date Icon 18/09/2025

Is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali ħabbar li nfetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2025.

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena jittella' bil-għan li jirrikonoxxi l-bżulija, id-dedikazzjoni u l-impenn tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Il-premjijiet huma miftuħa għal impjegati, min iħaddem, dawk li jaħdmu għal rashom, organizzazzjonijiet u professjonisti fis-settur pubbliku, privat jew tal-komunità, irrispettivament mid-daqs tal-organizzazzjoni.

In-nominazzjonijiet se jibqgħu miftuħa sas-7 ta' Novembru 2025. Is-serata finali, taħt il-patroċinju tal-Eċċellenza Tagħha l-President ta' Malta, se ssir fit-15 ta' Novembru 2025.

Iċ-Chairperson tal-Bord tal-Għażla, Angela Agius, spjegat li din is-sena l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena se jkun maqsum f'10 kategoriji:

• Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2025

•Maniġer tas-Sena

• Kap tas-Sena

• It-Tim tas-Sena

• L-Aktar Organizzazzjoni li tippromwovi bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol

• L-Aħjar Imprenditur jew Imprenditriċi

• L-Aktar Mexxej jew Mexxejja Żagħżugħ/a Ispiranti

• L-Aktar Organizzazzjoni li tippromwovi r-Responsabbiltà Soċjali

• L-Aktar Organizzazzjoni Inklussiva

• Il-Premju ta' Lifetime Achievement

Iċ-Chairperson Angela Agius sostniet li dawn il-premjijiet se jservu bħala pjattaforma nazzjonali biex jiġu rikonoxxuti l-aqwa prattiki u l-valuri fil-post tax-xogħol. “Permezz ta' dawn il-premjijiet, il-pajjiż qed jiċċelebra mhux biss il-bżulija u d-dedikazzjoni tal-ħaddiema Maltin, iżda wkoll l-ispirtu intraprenditorjali tan-negozjanti u l-kumpaniji li jħaddnu miżuri favur il-familja u s-soċjetà," temmet tgħid is-Sinjura Agius.

In-nominazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi online billi tintbagħat email fuq premjuhaddiema@gov.mt mhux iktar tard mis-7 ta' Novembru 2025.

Għal aktar informazzjoni, wieħed jista' jikkuntattja lis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali fuq l-istess indirizz elettroniku.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow