Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Se jkun Budget ieħor mibni fuq inizjattivi li jkattru suċċess ekonomiku ta’ kwalità għal pajjiżna – il-Prim Ministru waqt laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ

pr251587
Date Icon 17/09/2025

Fil-Berġa ta’ Kastilja, waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq kif bis-saħħa ta’ qagħda finanzjarja u ekonomija li qed trendi, pajjiżna se jerġa’ jkollu Budget ieħor msejjes fuq inizjattivi li jħarsu fit-tul u li jkattru suċċess ekonomiku sostenibbli. 

Il-Prim Ministru nnota kif filwaqt li se jkomplu jiġu indirizzati l-isfidi li jġib miegħu suċċess ekonomiku, il-Gvern se jibqa’ kommess li jħejji lil pajjiżna għall-futur. Huwa saħaq kif l-ekonomija ta’ pajjiżna qed kull ma jmur tiġbed aktar investiment ta’ kwalità bbażata fuq il-valur miżjud.  “Pajjiżna qed jattira investiment f’setturi ekonomiċi ġodda imsejsa fuq l-innovazzjoni, d-diġitalizzazzjoni u s-sostenibbiltà,” sostna Dr Abela hekk kif elenka numru t’industriji li kull ma jmur qed ikomplu jinvestu f’pajjiżna. Huwa tenna li fl-istess waqt setturi tradizzjonali bħal dak tas-servizzi finanzjarji u t-turiżmu qed ikomplu jirreġistraw tkabbir. 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar l-importanza li pajjiżna jibqa’ wieħed attraenti għall-investiment dirett barrani, filwaqt li rrimarka li anke hawnhekk, matul snin riċenti, ġie rreġistrat tkabbir sostanzjali u saħansitra ġew irduppjati l-karrieri li nħolqu minn dan l-istess investiment barrani. 

“Bħalma dejjem għamilna, se nkomplu nkunu ta’ tarka għall-intrapriżi, se nkomplu ntejbu l-assistenza minn entitajiet pubbliċi bħall-Malta Enterprise, u oħrajn. Dan filwaqt li nkomplu nkunu assertivi fuq il-bżonnijiet u l-isfidi uniċi li bħala gżira għandna anke fuq livell Ewropew sabiex naraw li l-intrapriżi tagħna u minn jinvesti f’pajjiżna ma jkunx kompetittivament żvantaġġat. Li jkollna level playing field huwa essenzjali,” tenna il-Prim Ministru. 

Filwaqt li rringrazzja lill-Kamra tal-Kummerċ għall-koperazzjoni u l-kontribuzzjoni tagħhom fuq diversi konsultazzjonijiet pubbliċi, fosthom anke dik tal-Viżjoni Malta 2050, huwa nnota kif it-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tagħna huwa wkoll konformi mal-Viżjoni Malta 2050. 

Waqt din il-laqgħa kien hemm preżenti ukoll, id-Deputat Prim Ministru Ian Borg, il-Ministri Silvio Schembri, Clint Camilleri, Byron Camilleri, Miriam Dalli, Clyde Caruana, Jonathan Attard u Chris Bonett, flimkien mal-Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Mark Mallia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Se jkun Budget ieħor mibni fuq inizjattivi li jkattru suċċess ekonomiku ta’ kwalità għal pajjiżna – il-Prim Ministru waqt laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow