Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku se jospita avveniment għal kulħadd sabiex jiġi ċċelebrat l-40 anniversarju tal-Ispirit Combat f’Malta b’ikoni leġġendarji tal-Arti Marzjali

PR251573
Date Icon 16/09/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li ftit jiem wara l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-Padiljun Sportiv u Akkwatiku se jiġi ċċelebrat l-40 anniversarju minn meta beda l-Ispirit Combat fil-Gżejjer Maltin, b'mistiedna internazzjonali li se jmexxu diversi dimostrazzjonijiet u sessjonijiet ta' tagħlim matul il-weekend.

Dan iċ-Ċentru tal-Isports f'Għawdex ingħażel sabiex jospita dan is-seminar li se jkun mifrux fuq jumejn bejn il-Ġimgħa 17 ta' Ottubru u s-Sibt 18 ta' Ottubru 2025 u se jkun miftuħ għall-pubbliku kollu minn tfal sa anzjani.

Il-Ministru Camilleri stqarr li, “Huwa ta' sodisfazzjon li hekk kif infetaħ il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku mill-ewwel beda jintwera interess sabiex jiġu ospitati l-avvenimenti sportivi fih b'mistiedna internazzjonali. Mhux biss diġà bdejna nattiraw lejna atleti internazzjonali iżda kif wegħdna dan il-kumpless state-of-the-art qiegħed jitgawda mill-poplu kollu." Huwa kompla jispjega kif l-avveniment se jattira lejh kemm lil dawk li jħobbu l-arti marzjali kif ukoll persuni ta' kull età li jixtiequ jmorru u jintroduċu ruħhom f'dawn id-dixxiplini.

Il-mistiedna internazzjonali se jkunu Silvio Simac, Attur u Champion tad-Dinja, Bill Cox, Kap Rappreżentant ta' Spirit Combat International u Garry Wilson, Kap Rappreżentant għall-Iskozja.

L-organizzaturi tal-avveniment Kancho Adrian Axisa, Rappreżentant għal Malta, u Mario Saliba, Rappreżentant għal Għawdex rringrazzjaw lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar tal-għajnuna sabiex dan is-seminar seta' jittella' f'Għawdex.

Il-Ministru Clint Camilleri temm billi stieden lil kulħadd kemm dawk entużjasti għall-arti marzjali kif ukoll kull min jixtieq isir jaf aktar u jipprova dawn id-dixxiplini sabiex iżur il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku bejn is-17 u t-18 ta' Ottubru li ġej.

pr251573b.pdf

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Il-Padiljun Sportiv u Akkwatiku se jospita avveniment għal kulħadd sabiex jiġi ċċelebrat l-40 anniversarju tal-Ispirit Combat f’Malta b’ikoni leġġendarji tal-Arti Marzjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow