Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra edizzjoni oħra ta’ Festa Ħut li se tittella’ fid-19 u l-20 ta’ Settembru

PR251540
Date Icon 11/09/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said ħabbret li wara s-suċċess li kellha Festa Ħut fis-snin li għaddew, din is-sena se tiġi ċċelebrata fuq jumejn, fid-19 u l-20 ta' Settembru, fil-Mellieħa u Marsaxlokk.

Festa Ħut tiċċelebra s-settur tas-sajd f'Malta u tagħti appoġġ lis-sajjieda li ta' kuljum iqattgħu ħin twil fuq il-baħar 'il bogħod mill-familja tagħhom, filwaqt li tqajjem iżjed għarfien dwar is-sajd sostenibbli u l-wirt marittimu tagħna.

Il-ħut frisk Malti, il-kultura marittima u l-komunità lokali se jkunu fil-qalba ta' Festa Ħut ta' din is-sena. Dan l-avveniment se joffri jumejn mimlija divertiment għall-familja kollha fejn se jkun hemm stands tal-ikel relatati mal-ħut, attivitajiet edukattivi, mużika live, artiġġjanat Malti, kif ukoll spazju dedikat għat-tfal. Il-fondi li se jinġabru se jingħataw b'risq il-karità.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said qalet, “Il-Mellieħa u Marsaxlokk huma żewġ lokalitajiet li ilhom magħrufa għas-sajd għal ġenerazzjonijiet twal. Għal sena oħra, permezz ta' Festa Ħut, qed inkomplu nagħtu spazju lis-sajjieda tagħna biex jaqsmu x-xogħol tagħhom mal-pubbliku u fl-istess ħin noffru lill-komunità esperjenza edukattiva u divertenti."

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzjat lill-ħaddiema tal-Ministeru u l-Malta Food Agency għall-ħidma tagħhom sabiex dan l-avveniment ikun wieħed ta' suċċess, kif ukoll lill-għaqdiet tal-komunità li se jkunu qed jipparteċipaw. Hija ħeġġet lill-familji sabiex jattendu għal Festa Ħut.

Id-Direttur għas-Servizzi ta' Sapport fil-Ministeru għas-Sajd, l-Agrikoltura u d-Drittijiet tal-Annimali, Estelle Sant spjegat, “Festa Ħut qed tiġi organizzata bħala mezz biex nagħtu ġieh lis-sajjieda Maltin u Għawdxin, li jaħdmu bla waqfien sabiex jagħtuna prodotti friski u bnini fuq il-platt tagħna ta' kuljum. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi għal dawn iż-żewġ avvenimenti li ser ikunu mżewqa b'attivitajiet għal familja kollha."

Min-naħa tiegħu, iċ-Chief Business Development Officer tal-Malta Food Agency, Justin John Camilleri qal, “Bħala aġenzija għal darba oħra qed nagħtu s-sehem tagħha f'Festa Ħut, attività ewlenija li tippromwovi l-ħut lokali, tiċċelebra x-xogħol tas-sajjieda tagħna u li sservi bħala għodda sabiex iżżid l-għarfien lill-konsumatur dwar dan is-settur importanti u l-benefiċċji vasti li jiġu mal-għażla tal-ħut Malti bħala parti mid-dieta tagħna."

L-aġenzija Aquatic Resources Malta ser tkun qed tipparteċipa wkoll waqt Festa Ħut ta' din is-sena. Nhar is-Sibt, 20 ta' Settembru, waqt Festa Ħut ta' Marsaxlokk, Aquatic Resources Malta ser tkun qed terġa' tiftaħ il-bibien tal-Forti ta' San Luċjan biex il-pubbliku jkun jista' jżur bi gwida għadd ta' faċilitajiet fejn għaddejjin għadd ta' studji fuq speċi akwatiċi differenti. Kull siegħa, bejn is-6:15pm u d-9:15pm, ser jiddaħħlu gruppi limitati ta' mhux aktar minn 30 persuna kull siegħa. Sabiex il-pubbliku jżur il-faċilitajiet fit-Torri ta' San Luċjan huwa mitlub jirkeb it-trasport b'xejn li ser ikun provdut miż-żona fejn ser tkun qed tittella' Festa Ħut fix-xatt ta' Marsaxlokk. Dawk li jużaw dan it-trasport ser ikollhom permess jidħlu jżuru l-faċilitajiet fil-Forti ta' San Luċjan fil-ħinijiet indikati kull siegħa. It-trasport b'xejn ser ikun ukoll qed iwassal lura lill-pubbliku fix-xatt ta' Marsaxlokk fejn se tittella' Festa Ħut.

Il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta' Marsaxlokk, flimkien ma' numru ta' għaqdiet u voluntiera, qed jagħtu s-sehem tagħhom biex Festa Ħut tkompli tikber u tattira aktar nies kull sena.

Festa Ħut se jittella' nhar il-Ġimgħa, 19 ta' Settembru fil-Mellieħa, u nhar is-Sibt, 20 ta' Settembru f'Marsaxlokk, mis-6 ta' filgħaxija 'l quddiem.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra edizzjoni oħra ta’ Festa Ħut li se tittella’ fid-19 u l-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra edizzjoni oħra ta’ Festa Ħut li se tittella’ fid-19 u l-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra edizzjoni oħra ta’ Festa Ħut li se tittella’ fid-19 u l-20 ta’ Settembru
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Imħabbra edizzjoni oħra ta’ Festa Ħut li se tittella’ fid-19 u l-20 ta’ Settembru
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow