Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kjarifika mill-Malta Air Traffic Services dwar ajruplani Iżraeliti fiż-żona tal-Ajru Maltija

PR251524
Date Icon 05/09/2025

Il-MATS tinnota rapporti riċenti li dehru fil-media b’referenza għal ajruplani militari Iżraeliti fiż-żona tal-ajru Maltija b’mod irregolari.

Il-MATS tiċċara li:

- Fl-ebda ħin ma kien hemm ksur tas-sovranità tat-territorju Malti bi dħul ta’ ajruplani fl-ispazju tal-ajru Malti. 

- Tajjeb li ssir distinzjoni bejn l-FIR (Flight Information Region) u l-ispazju tal-ajru sovran. L-FIRs huma stabbiliti għal skopijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u mhumiex ekwivalenti għall-ispazju tal-ajru sovran ta’ pajjiż. Huwa normali u kompletament legali li ajruplani militari, anke ta’ pajjiżi oħra, jgħaddu minn FIR mingħajr ma jfittxu awtorizzazzjoni minn qabel. Din hija distinzjoni legali fundamentali li m’għandhiex tiġi injorata.

F’dawn iċ-ċirkostanzi, huwa importanti li tiġi evitata spekulazzjoni żejda filwaqt li nitolbu biex wieħed jivverifika l-fatti qabel jiġi allarmat il-poplu bla bżonn.

Il-MATS se tkompli għaddejja bil-proċeduri stabbiliti ta’ sorveljar fl-intier tagħhom biex tiġi żgurata u protetta s-sigurtà territorjali ta’ pajjiżna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow