Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: Żgħażagħ jagħtu l-vuċi tagħhom għal Malta tal-2050

pr251504
Date Icon 03/09/2025

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Keith Azzopardi Tanti, ħabbar id-dettalji dwar l-avveniment “Viżjoni Żagħżugħa” li se jittella’ nhar is-Sibt, 6 ta’ Settembru, bejn id-9:00am u 12:00pm, f’Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-Viżjoni Malta 2050.

L-avveniment, li se jlaqqa’ flimkien żgħażagħ ta’ bejn it-13 u t-30 sena, se joffri spazju ta’ konsultazzjoni fejn iż-żgħażagħ jippreżentaw il-proposti tagħhom dwar il-futur ta’ Malta sal-2050. Il-programm se jinkludi sessjonijiet interattivi sabiex iż-żgħażagħ jippreżentaw il-proposti tagħhom, kif ukoll attivitajiet ta’ divertiment fosthom treasure hunt madwar Santa Venera, wirjiet artistiċi u kunċert minn artisti Maltin.

Waqt l-indirizz tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti qal, “Il-Viżjoni Malta 2050 mhijiex biss dokument ta’ miri iżda vjaġġ kollettiv li għandu l-għan li jibni pajjiż b’ekonomija sostenibbli, servizzi ċċentrati fuq iċ-ċittadin, edukazzjoni li tagħti futur sigur. Iż-żgħażagħ mhux biss qed jingħataw spazju, imma qed jiġu rikonoxxuti bħala s-sieħba ewlenin fil-bini ta’ din il-viżjoni. Il-vuċi tagħkom iż-żgħażagħ hija kruċjali u dak li tgħidu se jsir parti mill-proċess ta’ governanza u monitoraġġ tal-Viżjoni Malta 2050.”

L-avveniment se joffri wkoll l-opportunità biex il-parteċipanti jesperjenzaw programmi u inizjattivi ta’ Aġenzija Żgħażagħ, fosthom Stage On, Jump Start, Lights On u l-wirja fotografika Lens of Change. L-għan huwa li ż-żgħażagħ mhux biss jikkontribwixxu bil-ħsieb tagħhom, iżda wkoll jesprimu ruħhom permezz tal-kreattività, ix-xjenza u l-arti.

Il-ġurnata se tagħlaq b’kunċert minn artisti Maltin. Dan se jkun ukoll mument ta’ komunità, b’attivitajiet għat-tfal u stands ta’ ikel u xorb li se jżidu mal-atmosfera festiva.

Viżjoni Żagħżugħa hija xhieda ta’ kif il-Gvern qed jisma’ direttament lill-ġenerazzjoni li jmiss, sabiex il-ħolm u l-proposti tagħhom jintegraw f’qafas nazzjonali li jsaħħaħ il-pajjiż għal ġenerazzjonijiet futuri.

Sabiex wieħed jattendi għal dan l-avveniment jista' japplika hawn.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: Żgħażagħ jagħtu l-vuċi tagħhom għal Malta tal-2050
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Viżjoni Żagħżugħa: Żgħażagħ jagħtu l-vuċi tagħhom għal Malta tal-2050
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow