Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Kollaborazzjoni bejn il-Gvern u Doctors for Road Safety għal aktar sigurtà fit-toroq

PR251498
Date Icon 02/09/2025

Fl-isfond ta’ dak imħabbar mill-Gvern il-ġimgħa li għaddiet favur sigurtà msaħħa fit-toroq, il-Gvern u l-organizzazzjoni Doctors for Road Safety kellhom diskussjoni favur aktar kollaborazzjoni bejniethom biex javvanzaw il-ħidma biex din ir-riforma titwettaq b’suċċess u l-għanijiet komuni jintlaħqu. Bil-membri tal-organizzazzjoni laqgħu b’mod pożittiv il-ħsieb u d-direzzjoni li qed jagħti l-Gvern bl-abbozz ta’ liġi.

Doctors for Road Safety hija għaqda nongovernattiva mwaqqfa minn tobba u studenti tal-mediċina li jaħdmu favur l-ogħla standards ta’ sigurtà fit-toroq f’Malta u Għawdex. 

Il-ġimgħa li għaddiet il-Gvern ħabbar 5 miżuri ta’ deterrent għal aktar sigurtà fit-toroq tagħna. Dawn jinkludu:

1. Testijiet tad-droga mill-Pulizija fit-triq – simili għall-mod li llum isiru t-testijiet tal-alkoħol. 

2. Random Roadside Testing, fejn testijiet fuq id-droga jew l-alkoħol isiru anke mingħajr suspett raġonevoli. 

3. Sentenza ta’ priġunerija effettiva għal min jinstab ħati li qatel persuna, anke b’mod involontarju, taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-droga. 

4. Jissaħħu l-pieni għal min jagħżel li jsuq xurban jew taħt l-effett tad-droga, b’multi eħrex għad-dispożizzjoni tal-Qorti.

5. Poter lill-Prosekuzzjoni sabiex titlob li l-liċenzja tas-sewqan tkun sospiża meta l-proċeduri jkunu pendenti, fejn imbagħad tkun il-Qorti li tiddeċiedi din it-talba. 

Id-delegazzjoni tal-Gvern kienet immexxija mill-Prim Ministru Robert Abela li kien akkumpanjat mill-Ministri Byron Camilleri u Chris Bonett, kif ukoll il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru l-Kurunell Mark Mallia u magħhom il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta Kurt Farrugia.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Kollaborazzjoni bejn il-Gvern u Doctors for Road Safety għal aktar sigurtà fit-toroq
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow