Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Esplora tniedi s-servizz ġdid ‘Sail to Science’ li jgħaqqad direttament lil Tas-Sliema u l-Belt Valletta ma’ Bighi

PR251497
Date Icon 02/09/2025

Iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora nieda uffiċjalment is-servizz ġdid ‘Sail to Science’, konnessjoni diretta bil-luzzu tradizzjonali Malti minn Tas-Sliema u l-Belt Valletta sa Bighi. Din l-inizjattiva innovattiva toffri alternattiva rapida, xenika u sostenibbli u fl-istess ħin tagħmel il-vjaġġ parti mill-esperjenza xjentifika unika ta’ Esplora.

Is-servizz il-ġdid se jopera b’żewġ vjaġġi kuljum matul il-ġimgħa u erba’ vjaġġi kuljum fi tmiem il-ġimgħa. Permezz tiegħu, il-familji, il-gruppi tal-iskola u l-viżitaturi jistgħu jgawdu minn qsim dirett tal-Port il-Kbir abbord luzzu tradizzjonali u jgawdu veduti spettakolari tal-fortifikazzjonijiet u tal-Baħar Mediterran.

Fl-intervent tiegħu waqt it-tnedija, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti qal, “Din ir-rotta diretta bil-luzzu mhux biss ittejjeb l-aċċess lejn Esplora, iżda tippromwovi wkoll għażliet ta’ trasport sostenibbli li jallinjaw mal-għanijiet ekoloġiċi ta’ pajjiżna. Kommessi li nkomplu nappoġġjaw inizjattivi li jħeġġu liż-żgħażagħ u lill-viżitaturi biex jinvolvu ruħhom max-xjenza u l-innovazzjoni b’modi sinifikanti.”

Id-Direttur tal-Esplora, Mary Ann Cauchi, żiedet tgħid, “Dan is-servizz jittrasforma l-vjaġġ f’parti mill-esperjenza ta’ Esplora, peress li jibni fuq il-missjoni tagħna li nagħmlu x-xjenza aktar aċċessibbli, aktar attraenti u aktar memorabbli — mill-ewwel pass taż-żjara.”

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Xjenza Malta, Silvio Scerri, tenna l-impenn ta’ Xjenza Malta li jkompli jressaq ix-xjenza eqreb lejn il-pubbliku. “Bħala organizzazzjoni, qed naħdmu biex insibu dejjem modi innovattivi biex inqiegħdu lix-xjenza fil-qalba tal-esperjenza edukattiva u kulturali ta’ kuljum. Sail to Science hu eżempju ċar ta’ kif il-wirt kulturali Malti jista’ jintuża biex iqanqal esperjenza xjentifika.”

It-tnedija saret fix-xatt ta’ Esplora f’Bighi fejn, flimkien ma’ tletin student minn Skolasajf, il-mistiedna għamlu l-ewwel vjaġġ fuq il-luzzu mill-Belt Valletta għall-Esplora.

Il-pubbliku issa huwa mistieden juża dan is-servizz il-ġdid li joffri esperjenza unika: vjaġġ li jibda fuq il-baħar u jispiċċa f’dinja ta’ skoperta xjentifika. Għal aktar informazzjoni dwar l-iskedi, il-biljetti u aġġornamenti relatati, wieħed jista’ jżur https://esplora.org.mt/.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Esplora tniedi s-servizz ġdid ‘Sail to Science’ li jgħaqqad direttament lil Tas-Sliema u l-Belt Valletta ma’ Bighi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Esplora tniedi s-servizz ġdid ‘Sail to Science’ li jgħaqqad direttament lil Tas-Sliema u l-Belt Valletta ma’ Bighi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Esplora tniedi s-servizz ġdid ‘Sail to Science’ li jgħaqqad direttament lil Tas-Sliema u l-Belt Valletta ma’ Bighi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow