Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Se nkomplu nsaħħu l-prevenzjoni u nagħtu kura lil min għaddej minn dipendenza

pr251494
Date Icon 01/09/2025

F’konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), l-Aġenzija Sedqa resqet il-proposti tagħha fir-rigward tal-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol imnedija riċentament għall-konsultazzjoni pubblika mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon semma uħud mill-miżuri ta’ infurzar li daħlu fis-seħħ mill-Gvern kontra l-abbuż mill-alkoħol u kull tip ta’ sustanzi. Huwa stqarr li jeħtieġ aktar kuraġġ sabiex jiġġieldu l-kultura tal-alkoħol, u sabiex aktar nies jifhmu r-riperkussjonijiet ħżiena marbuta mal-abbuż tal-alkoħol.

“Dan huwa l-mument li nkomplu nsaħħu l-infurzar kontra kull tip ta’ abbuż ta’ sustanzi, speċjalment meta jpoġġi l-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu. Kull vizzju jeħodlok il-libertà tiegħek, u għaldaqstant kommessi li nkomplu nsaħħu l-prevenzjoni u nagħtu kura lil min għaddej minn dipendenza,” stqarr il-Ministru Michael Falzon.    

Il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata ukoll mid-Direttur tal-Aġenzija Sedqa Charles Scerri u ċ-Chairperson Anna Maria Vella, fejn irrikonoxxew il-miżuri validi li daħlu fis-seħħ permezz tal-politika tal-Gvern fejn jidħol l-alkoħol. Fir-rigward tal-Politika Nazzjonali dwar l-Alkoħol, l-Aġenzija resqet ’il quddiem għadd ta’ proposti kontra l-abbuż mill-alkoħol ibbażati fuq kunċetti ta’ prevenzjoni, edukazzjoni, l-importanza ta’ infurzar fil-komunità. Dan sabiex iwasslu għall-bidla fil-kultura dwar l-alkoħol.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Se nkomplu nsaħħu l-prevenzjoni u nagħtu kura lil min għaddej minn dipendenza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Se nkomplu nsaħħu l-prevenzjoni u nagħtu kura lil min għaddej minn dipendenza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow