Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi

PR251485
Date Icon 10/10/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, żar il-proġett ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali li tlesta riċentement fis-Siġġiewi, li qed jipprovdi ħames units residenzjali moderni għal ħames familji. Il-proġett jinkludi wkoll garaxx taħt l-art b'spazji għall-parkeġġ u mgħammar b'lift, li joffri aċċess faċli għal kull sular u jżid il-konvenjenza għall-abitanti.

Ix-xogħlijiet kollha ġew implimentati mill-Housing Projects Solutions Ltd (HPS) b'kollaborazzjoni mal-Awtorità tad-Djar, li ħadu ħsieb il-bini, it-tħaffir tal-blat, l-installazzjoni u l-finitura finali, u assiguraw li kull pass kien konformi mal-istandards għoljin ta' kwalità, sigurtà u aċċessibilità.

B'investiment totali ta' madwar €900,000, il-proġett jinkludi wkoll sistemi tal-elettriku, il-finitura interna u esterna, il-pavimentar, it-tikħil, waterproofing u twaħħil tal-aperturi, xogħlijiet li jiżguraw ambjent residenzjali sigur, filwaqt li jipprovdi lil familji residenza komda u moderna.

“Dan il-proġett mhux biss joffri residenza sigura u diċenti lil ħames familji, iżda huwa wkoll evidenza ċara tal-impenn tal-Gvern biex jipprovdi akkomodazzjoni affordabbli u inklużiv f'Malta," qal il-Ministru Galdes. Huwa enfasizza kif proġetti bħal dawn jagħmlu differenza reali fil-ħajja ta' kuljum tal-familji u kkonferma li l-Gvern se jkompli jinvesti f'residenzi ta' kwalità li jappoġġjaw il-komunità u jtejbu l-istandards tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI Proġett ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow