Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jiftaħ l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid

PR251460
Date Icon 20/08/2025

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo fetaħ b'mod uffiċjali l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid. Bħal dejjem, il-ħsad beda bil-varjetajiet bikrin Chardonnay u Moscato, u mistenni jkompli bil-varjetajiet l-oħra.

Il-Ministru Refalo qal li l-ħsad tal-għeneb hu pass importanti li jfakkarna fil-valur tal-bdiewa li bix-xogħol tagħhom jagħmlu l-inbejjed Maltin u Għawdxin prodotti distinti u apprezzati. Huwa nnota wkoll li, minkejja li kull sena ġġib magħha ċ-ċirkustanzi tagħha, il-prodott finali jkompli jispikka fil-kwalità tiegħu.

“Dan l-istaġun hu xhieda tal-impenn u d-dedikazzjoni tal-bdiewa tagħna li jaħdmu kuljum biex jagħtu l-aħjar minn dak li toffrilna l-art tagħna. L-inbid Malti u Għawdxi mhux biss huwa prodott agrikolu, iżda parti mill-identità tagħna bħala pajjiż u attrazzjoni apprezzata ħafna mit-turisti li jżuruna," qal il-Ministru Refalo.

Il-ministru żied jgħid li l-Gvern, permezz tad-Direttorat il-ġdid tar-Research and Advisory Services fi ħdan il-Ministeru u s-servizz Agriconnect, qed ikompli joffri appoġġ u pariri bbażati fuq ir-riċerka sabiex il-bdiewa jkunu dejjem mgħammra b'informazzjoni u għodda biex isaħħu l-kompetittività u r-reżiljenza tagħhom. “Dan l-appoġġ hu essenzjali biex nippreservaw u nkomplu ntejbu dan is-settur li jagħti kontribut mhux biss lill-ekonomija tagħna, imma wkoll lill-identità u l-kultura Maltija," sostna l-Ministru Refalo.

Il-ministru temm billi rringrazzja lill-bdiewa u lill-produtturi kollha involuti fil-proċess tal-produzzjoni tal-inbid, filwaqt li awguralhom staġun tal-ħsad mimli b'suċċess.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jiftaħ l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jiftaħ l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jiftaħ l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Jiftaħ l-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow